15.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 407/14 |
Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli
2014/C 407/07
Fl-1 ta’ Ottubru 2014, skont l-Artikolu 4 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont ir-Regoli tal-Proċedura tagħha, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jassenja, mill-preżentata tar-rikors, il-kawżi alternattivament lill-Ewwel Awla, lit-Tieni Awla u lit-Tielet Awla skont l-ordni li fihom jiġu rreġistrati fir-reġistru, bla ħsara għar-rinviji lis-seduta plenarja jew lil Imħallef uniku.
Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jidderoga mir-regoli ta’ assenjazzjoni msemmija iktar ’il fuq għal raġunijiet ta’ konnessjoni, kif ukoll sabiex jiġi żgurat xogħol ibbilanċjat u koerenti fi ħdan it-Tribunal.