8.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7417 — Sime Darby/New Britain Palm Oil)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 394/08

1.

Fil-31 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sime Darby Plantation Sdb Bhd (il-Malażja), li tappartjeni għal Sime Darby Bhd (il-Malażja), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża New Britain Palm Oil Limited kollha kemm hi (“NBPOL”, il-Papwa Ginea Ġdida), permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-9 ta’ Ottubru 2014.

2.

l-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sime Darby Bhd: il-pjantazzjoni u l-produzzjoni ta’ żejt tal-palm, il-bejgħ u l-kiri ta’ tagħmir industrijali, il-bejgħ ta’ muturi, l-iżvilupp tal-proprjetà, l-enerġija u l-utilitajiet;

—   għal NBPOL: il-pjantazzjoni, il-produzzjoni u l-ipproċessar taż-żejt tal-palm, il-produzzjoni taz-zokkor u ż-żerriegħa taż-żejt tal-palm, il-produzzjoni taċ-ċanga.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7417 — Sime Darby/New Britain Palm Oil, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.