7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7367 — CNP/Santander/Santander Irish insurance subsidiaries)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 392/02

1.

Fit-30 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi CNP Assurances SA (“CNP Assurances”, Franza) u Banco Santander, S.A. (“Santander”, Spanja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Santander Insurance Life Limited (“SIL”, l-Irlanda), Santander Insurance Europe Limited (“SIEL”, l-Irlanda) kif ukoll Santander Insurance Services Ireland Limited (“SISIL”, l-Irlanda) permezz tax-xiri ta’ ishma. SIL, SIEL u SISIL sa issa huma taħt il-kontroll ta’ Santander waħdu.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CNP: kumpanija globali ta’ assigurazzjoni; li toffri prinċipalment assigurazzjoni fuq il-ħajja, prodotti tal-pensjoni u xi assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Hija għandha wkoll xi attivitajiet minuri fil-qasam tar-riassigurazzjoni;

—   Santander: grupp internazzjonali li joffri servizzi bankarji u ta’ assigurazzjoni;

—   SIL: is-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tal-ħajja permezz ta’ prodotti ta’ Payment Protection Insurance, mibjugħa lil klijenti lokali ta’ Santander fil-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja u Spanja;

—   SIEL: is-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja permezz ta’ prodotti ta’ Payment Protection Insurance, mibjugħa lil klijenti lokali ta’ Santander fil-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja u Spanja;

—   SISIL: il-forniment ta’ servizzi amministrattivi u operattivi lil SIL u lil SIEL.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7367 — CNP/Santander/Santander Irish insurance subsidiaries, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.