|
28.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 381/1 |
REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)
2014/C 381 A/01
L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għandha ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, it-28 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.
Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-websajt tagħna huwa http://www.ema.europa.eu
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riżerva għal:
EMA/AD/365: Uffiċjali Xjentifiċi, Ġestjoni tal-Proċedura u d-diviżjoni tal-Appoġġ għan-Negozju (AD5/FGIV)
EMA/AD/366: Meniġer tal-Informazzjoni u l-Kontenut, Ġestjoni tad-Database tal-Prodott, Data tan-Negozju u d-Dipartiment ta’ Appoġġ, Ġestjoni tal-Proċedura u d-diviżjoni tal-Appoġġ għan-Negozju (AD6)
EMA/CA/L/048: Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Informazzjoni u l-Identità u l-Aċċess għall-Ġestjoni (fit-tul), Ġestjoni tad-Database tal-Prodott, Data tan-Negozju u d-Dipartiment ta’ Appoġġ, Ġestjoni tal-Proċedura u d-diviżjoni tal-Appoġġ għan-Negozju (FG IV)
EMA/CA/L/049: Espert għall-komunikazzjoni tas-saħħa, (fuq perjodu twil u anki qasir), Informazzjoni relatata mal-Prodott għas-Servizz tan-Netwerk, Dipartiment tal-Komunikazzjoni, Diviżjoni tal-Partijiet Interessati u l-Komunikazzjoni (FG IV)
EMA/CA/L/050: Uffiċjal Xjentifiku (fit-tul), Konsulenza Xjentifika, Żvilupp tal-Prodott u d-Dipartiment tal-Appoġġ Xjentifiku, Riċerka għal-Mediċini Umani u l-Appoġġ għall-Iżvilupp (FG IV)
Il-kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jiġi offrut lilhom kuntratt ta' ħames snin li jiġġedded, konformi mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (2).
Il-post tal-impjieg ikun Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, bil-kundizzjoni li jkunu jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-websajt tal-Aġenzija:
http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “Careers at the Agency”
L-applikazzjonijiet iridu jsiru b’mod elettroniku permezz tal-formoli disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija. Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-formoli ta’ applikazzjoni hija t-28 ta’ Novembru 2014 f’nofsillejl.
Jekk jogħġbok żomm f’moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta’ applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista’ jinqalgħalha problemi biex tipproċessa ammonti kbar ta’ data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li l-applikanti jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom ferm aktar qabel mid-data perentorja.
Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra onlajn għal RSS feed fuq http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “RSS news feeds”.
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.