|
16.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7342 — Alcoa/Firth Rixson)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 366/07
|
1. |
Fit-8 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alcoa Inc. (“Alcoa”, l-Istati Uniti), fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ ta’ Firth Rixson (ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma. L-istess konċentrazzjoni kienet diġà ġiet notifikata lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Settembru 2014, iżda ġiet sussegwentement irtirata fit-8 ta’ Ottubru 2014. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Alcoa: inġinerija u l-manifattura ta’ metalli ħfief, inklużi prodotti tal-aluminju, it-titanju, in-nikel u l-kobalt, għall-użu fl-industrija tal-ajru u l-ispazju, il-vetturi bil-mutur, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u applikazzjonijiet oħra. — għal Firth Rixson: il-manifattura ta’ prodotti tal-inġinerija, b’mod partikolari metalli ta’ speċjalità, ċrieki bla ġonot irrumblati u wweldjati bil-flash, diski, foroġ ta’ dada magħluqa u miftuħa, kif ukoll foroġ estrużi għall-użu fl-industrija tal-ajru u l-ispazju, il-ġenerazzjoni tal-elettriku, iż-żejt u l-gass u applikazzjonijiet oħra. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7342 — Alcoa/Firth Rixson, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).