14.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7428 — Iridium/DIF/negozji ta’ konċessjoni)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 362/12

1.

Fis-6 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Iridium Concesiones de Infraestructuras S.A. (“Iridium”, Spanja), sussidjarja ACS Group (Spanja), u DIF Management B.V. (“DIF”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ għadd ta’ negozji ta’ konċessjoni, permezz ta’ xiri ta’ ishma f’joint venture li għadha kif inħolqot u permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Iridium hija attiva fl-iżvilupp, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ konċessjonijiet li jinvolvu l-infrastruttura tat-trasport u x-xogħlijiet pubbliċi madwar id-dinja,

DIF tamministra fondi ta’ investiment attivi f’infrastruttura ta’ kwalità għolja tal-assi, inklużi sħubija pubblika-privata relatati ma’ proġetti ta’ infrastruttura soċjali u proġetti tal-enerġija rinnovabbli, fl-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq,

In-negozji ta’ konċessjoni, li attwalment huma kkontrollati biss jew b’mod konġunt minn Iridium, fl-infrastruttura tal-isptarijiet u fis-settur tal-infrastruttura tat-trasport fi Spanja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu lilha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7428 — Iridium/DIF/negozji ta’ konċessjoni, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.