27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/35


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7390 — OFI InfraVia/GDF SUEZ/PensionDanmark/NGT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 338/11

1.

Fit-18 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha GDF SUEZ S.A. (“GDF SUEZ”, Franza), PensionDanmark Holding A/S. (“PensionDanmark”, id-Danimarka) u InfraVia European Fund II (“InfraVia”, Franza), proprjetà ta' OFI InfraVia S.A.S. (“OFI InfraVia”, Franza) u ultimament ikkontrollata minn Macif Group (“Macif”, Franza), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Noordgastransport B.V. (“NGT”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta' xiri ta' ishma. NGT bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn GDF SUEZ u PensionDanmark.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Għal OFI InfraVia: attiva fil-maniġment tal-fondi tal-infrastruttura tul is-setturi fosthom tat-trasport, l-ambjent, l-enerġija u l-infrastruttura soċjali,

—   Għal GDF SUEZ: grupp tal-enerġija bi preżenza globali tul il-katina kollha kemm hi tal-valur tal-enerġija fl-elettriċità u l-gass naturali,

—   Għal PensionDanmark: kumpanija Daniża limitata li ma tagħmilx profitt u marbuta mas-suq tax-xogħol u l-assikurazzjoni tal-ħajja,

—   Għal NGT: sid u operatur ta' sistemi tat-trasport taħt il-baħar għall-gass naturali fil-Pajjiżi l-Baxxi.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7390 — OFI InfraVia/GDF SUEZ/PensionDanmark/NGT, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.