2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/17


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7386 — KKR / Riverstone / Trinity)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 293/08

1.

Fis-26 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Riverstone Holdings LLC (“Riverstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Trinity River Energy LLC (“Trinity”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f'joint venture. Trinity se tikkonsisti f’taħlita ta’ assi eżistenti miżmuma minn KKR Natural Resources Funds (“KNR”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li hija kkontrollata minn KKR, u l-assi eżistenti miżmuma Legend Production Holdings LLC (“Legend”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li hija kkontrollata minn Riverstone.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KKR hija attiva fil-forniment ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi.

KNR hija pjattaforma ta’ investiment ta’ KKR ddedikata biex tinvesti f’assi ta’ żejt u gass mhux konvenzjonali.

Riverstone hija ditta ta’ ekwità privata li tiffoka fuq l-investimenti marbuta mal-enerġija.

Legend hija attiva fl-akkwist u l-iżvilupp ta' proprjetajiet taż-żejt u l-gass naturali b’ħajja twila primarjament fil-baċiri madwar Texas.

Trinity se żżomm l-assi kkombinati u l-attivitajiet tan-negozju ta’ KNR u Legend.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7386 — KKR / Riverstone / Trinity, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.