|
30.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 291/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7376 — Droege/Weltbild)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 291/05
|
1. |
Fil-25 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Special Purpose Eins Holding GmbH (il-Ġermanja), li ultimament hija kkontrollata minn Droege International Group AG (“Droege AG”, il-Ġermanja), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża WeltBild Holding GmbH kollha kemm hi (“WeltBild Holding”, il-Ġermanja), kumpanija li hija preżentement imsejħa WeltBild Logistik Besitzgesellschaft mbH, permezz ta’ xiri ta’ ishma. Qabel it-trasferiment, l-amministratur tal-insolvenza tal-Verlagsgruppe Weltbild GmbH i.L. (“Weltbild”) se jittrasferixxi assi sinifikanti ta’ Weltbild (barra n-negozju loġistiku) lil Weltbild Holding. F’data iktar tard, ALSO IS GmbH (il-Ġermanja), li hija wkoll ultimament ikkontrollata minn Droege AG, se takkwistaw n-negozju loġistiku ta’ Weltbild. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Droege AG: Il-grupp Droege huwa kumpanija ta’ konsulenza u investiment. Hija tikkontrolla kumpaniji li huma attivi f’numru ta’ taqsimiet, bħall-konsultazzjoni, il-farmaċewtiċi, il-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll is-servizzi tal-IT u tal-komunikazzjoni, — għal Weltbild: Verlagsgruppe WeltBild GmbH i.L. hija dar tal-pubblikazzjoni u bejjiegħa bl-imnut ta’ multi-kanali. Il-kumpanija tbiegħ kotba permezz ta’ ordnijiet minn katalgi onlajn u hija l-proprjetarja ta’ ħwienet tal-imnut fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Isvizzera. Taħlita li fiha biss kotba u kotba elettroniċi kif ukoll għadd ta’ gruppi ta’ prodotti oħra (pereż., CDs/DVDs, ġugarelli, ġojjelli u aċċessorji, oġġetti tad-dar u rigali, prodotti elettroniċi tal-konsumatur). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7376 — Droege/Weltbild, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.