|
23.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7194 — Liberty Global/Corelio/W&W/De Vijver Media)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 281/06
|
1. |
Fit-18 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Liberty Global plc (ir-Renju Unit), flimkien mal-impriża Waterman & Waterman NV (il-Belġju) u Corelio Publishing NV (il-Belġju), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża De Vijver Media NV (il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Liberty Global plc: il-fornitura ta’ servizzi televiżivi, il-broadband Internet u t-telefonija bil-leħen permezz tan-netwerks tal-kejbil tagħha fi 12-il pajjiż madwar l-Ewropa, kif ukoll f’ċerti pajjiżi barra l-Ewropa. Fil-Belġju, Liberty Global hija l-azzjonist li jikkontrolla Telenet, li tippossjedi u topera netwerk bil-kejbil fil-Fjandri u f’partijiet minn Brussell. Telenet topera wkoll għadd ta’ kanali PayTV permezz tal-marki “Sporting Telenet” u “PRIME”, — Għal Waterman & Waterman NV: kumpanija finanzjarja prinċipali kkontrollata minn żewġ individwi, jiġifieri Wouter Vandenhaute u Erik Watté, — għal Corelio Publishing NV: pubblikazzjoni ta’ gazzetti, aħbarijiet onlajn u bejgħ ta’ spazju għar-riklami, — għal De Vijver Media NV: xandir tal-kanali televiżivi bil-lingwa Olandiża “Vier” u “Vijf” permezz tas-sussidjarja tagħha SBS Belgium NV, produzzjoni ta’ kontenut televiżiv permezz tas-sussidjarji tagħha Woestijnvis NV u Desert Fishes NV, bejgħ ta’ spazju għar-riklami fuq diversi kanali televiżivi permezz tas-sussidjarja tagħha SBS Sales Belgium NV. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7194 — Liberty Global/Corelio/W&W/De Vijver Media, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).