5.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 254/1


REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)

2014/C 254 A/01

 

L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għandha ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, it-28 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-websajt tagħna huwa http://www.ema.europa.eu/ema/

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riżerva għal:

EMA/AD/362: Amministratur (Xjentifiku), Dipartiment tal-Mediċini Veterinarji, Taqsima tal-Mediċini Veterinarji (AD 6)

Il-kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jiġi offrut lilhom kuntratt ta' ħames snin li jiġġedded, konformi mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968).

Il-post tal-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, bil-kundizzjoni li jkunu jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-websajt tal-Aġenzija:

http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “Careers at the Agency”

L-applikazzjonijiet iridu jsiru b’mod elettroniku permezz tal-formoli disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija. Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-formoli ta’ applikazzjoni hija s-16 ta’ Settembru 2014 f’nofsillejl.

Jekk jogħġbok żomm f’moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta’ applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista’ jinqalgħalha problemi biex tipproċessa ammonti kbar ta’ data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li l-applikanti jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom ferm aktar qabel mid-data perentorja.

Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra onlajn għal RSS feed fuq http://www.ema.europa.eu/ema/ taħt “RSS news feeds”.