|
17.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/14 |
HERCULE III
Sejħa għall-proposti — 2014
Taħriġ-Kontra l-Frodi
2014/C 227/09
1. Introduzzjoni u objettivi
L-objettiv ġenerali tal-Programm Hercule III jkun il-protezzjoni tal-interessi finanzjarjital-Unjoni u għalhekk itejjeb il-kompetittività tal-ekonomijatal-Unjoni u jiżgura l-protezzjoni ta’ flus il-kontribwenti kif definit fl-Artikolu 3 tal-Programm.
L-objettiv ta’ din is-sejħa hu li jiġu pprovduti għotjiet għall-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ taħriġ immirati, speċjalizzati u ta’ analiżi tar-riskju, kif ukoll konferenzi xierqa mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fl-istess ħin biex jinkiseb livell ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni.
Il-Kummissjoni (OLAF) se tagħti għajnuniet finanzjarji għal azzjonijiet li għandhom bħala objettiv:
|
— |
l-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet rilevanti fil- pajjiżi parteċipanti, inklużi s-servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi,, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, |
|
— |
it-tixrid tal-għarfien, partikolarment dwar kif jista’ jiġi identifikat aħjar ir-riskju għal skopijiet investigattivi. |
L-azzjonijiet jistgħu jinkisbu permezz tal-organizzazzjoni ta’: Konferenzi, seminars, laqgħat, korsijiet, tagħlim elettroniku u simpożja, gruppi ta’ ħidma, taħriġ intensiv b’involviment dirett u skambji tal-persunal, skambji tal-aħjar prattiki (inklużi dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-frodi).
2. Applikanti eliġibbli
Kif definit fl-Artikolu 6 tal-Programm, l-applikanti jridu jkunu:
|
— |
Amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru u pajjiż parteċipanti li jippromwovi t-tisħiħ tal-azzjoni f’livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew |
|
— |
L-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ sakemm ikunu ilhom stabbiliti u ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż parteċipanti, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Artikolu 7 (2) tal-Programm jiddefinixxi l-pajjiżi parteċipanti minbarra l-Istati Membri. |
3. Il-baġit u d-durata tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-Sejħa għall-Proposti huwa stmat għal EUR 900 000.
Il-kofinanzjament tal-UE jiġi pprovdut sa massimu ta’ 80 % tal-kostijiet totali eliġibbli.
It-taħriġ irid jirrelata ma’ proġett li jibda l-aktar kmieni fit-13 ta’ April 2015 u li jispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015.
4. Data tal-Għeluq
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn:
nhar it-Tnejn, 15 ta’ Settembru 2014.
5. Informazzjoni ulterjuri
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti relatati jistgħu jinkisbu fuq is-sit li ġej:
http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/hercule-iii/index_en.htm
L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-testijiet imsemmijin hawn fuq u jridu jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.