| 
                9.7.2014  | 
            
                MT  | 
            
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 215/6  | 
         
Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2014 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
2014/C 215/06
Qiegħed jingħata avviż hawnhekk dwar it-tnedija tas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2014 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH-2 JU).
Dan il-pjan ta’ ħidma, inklużi d-dati ta’ skadenza u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.