25.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7190 — Bekaert/Maccaferri/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 195/04
1. |
Fit-18 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha NV Bekaert SA (“Bekaert”, il-Belġju) u Officine Maccaferri S.p.A. (“Maccaferri”, l-Italja), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ S.E.C.I. S.p.A., jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża ġdida li tikkonstitwixxi joint venture (“JV”, il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal Bekaert: trasformazzjoni ta’ wajer tal-azzar u kisjiet, — għal Maccaferri: inġinerija ambjentali, — għall-JV: bejgħ u distribuzzjoni ta’ diversi prodotti ta’ taħt l-art u tħaffir ta’ mini u soluzzjonijiet. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7190 — Bekaert/Maccaferri/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.