24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/24


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7271 — Russian Machines/Fritzmeier/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 193/08

1.

Fis-17 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Russian Machines RM (“Russian Machines” tal-Federazzjoni Russa), bażikament ikkontrollata minn Basic Element (tal-Federazzjoni Russa) u Fritzmeier Auslandsholding GmbH & Co. KG (“Fritzmeier” tal-Ġermanja), bażikamrnt ikkontrollata minn Fritzmeier Group (tal-Ġermanja), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-joint venture ġdid (“JV”, il-Federazzjoni Russa).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għal Russian Machines: attiva fil-Fderazzjoni Russa bħala manifattur ta’ firxa wiesgħa ta’ magni u makkinarju ċivili,

—   għal Fritzmeier: attiva madwar id-dinja fil-manifattura ta’ kabini tas-sewwieq, il-partijiet u l-komponenti tas-sistema tal-vetturi għall-industrija tal-vetturi u għall-agrikoltura,

—   għal JV: se tkun attiva, fil-Federazzjoni Russa u possibbilment pajjiżi oħra tal-KSI, fil-ħolqien, l-inġinerija, l-ittestjar, il-manifattura, l-immuntar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ kabini biex jintużaw f’tagħmir ta’ kostruzzjoni, makkinarju agrikolu, forklifts u vetturi oħra.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7271 — Russian Machines/Fritzmeier/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.