19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7140 — Sistema / Segezha Pulp and Paper Mill)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 187/06
1. |
Fil-11 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha grupp ta’ investiment ta’ ekwità Sistema JSF Corporation (“Sistema”, ir-Russja), li bażikament hi kkontrollata minn Vladimir Evtushenkov, beħsiebha takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriżi JSC Segezha Pulp and Paper Mill (“SPPM”, ir-Russja) ul- kumpanija b’responsabbiltà limitata Derevoobrabotka-Proekt (“DoP”, ir-Russja). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma: — għal Sistema: investmenti f’diversi setturi tal-ekonomija, fosthom it-telekomunikazzjoni, iż-żejt, l-enerġija elettrika, il-prodotti tal-konsumatur, teknoloġija għolja u industriji oħra; — għal SPPM: manifattura u bejgħ ta’ karti tal-kraft u boroż tal-karti kif ukoll prodotti marbuta mill-qrib ma’ dawn l-attivitajiet prinċipali bħalma huma l-manifattura u l-bejgħ ta’ fibra tal-injam, kartun, prodotti kimiċi tal-injam u ċerti prodotti tal-injam bħalma huma njam imqatta’, plywood u laqx tal-injam; kif ukoll — għal DoP: ipproċessar tal-injam u produzzjoni tal-forestrija, fosthom attivitajiet fil-plywood, l-injam u ċerti prodotti tal-injam bħalma huwa laqx tal-injam u travi laminati. |
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301), jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza COMP/M.7140 — SISTEMA/SEGEZHA PULP AND PAPER MILL, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.