|
12.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 178/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AST/133/14
TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMAZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI (ICT) (AST 3)
2014/C 178 A/01
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali abbażi tal-kwalifiki u ta’ eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (1).
L-għan ta’ din il-kompetizzjoni hu li jinħolqu listi ta’ riżerva maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti ta’ uffiċjali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta’ Marzu 2014 u fuq il-websajt tal-EPSO.
Dan id-dokument, li jagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, jgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
WERREJ
|
I. |
KUNTEST ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TA’ DĦUL |
|
V. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI |
|
VI. |
KOMPETIZZJONI ĠENERALI |
|
VII. |
LISTI TA’ RIŻERVA |
|
VIII. |
KIF TAPPLIKA? |
I. KUNTEST ĠENERALI
|
1 = 57 2 = 21 3 = 18 4 = 44 5 = 11 |
||
|
Dan l-avviż jirreferi għal ħames oqsma. Int tista’ tapplika għal qasam wieħed biss. Din l-għażla ssir meta timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b’mod elettroniku. |
II. DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET
L-uffiċjali jeżerċitaw id-dmirijiet tal-assistenti bħal:
|
— |
It-traduzzjoni tal-bżonnijiet operattivi (Business needs) f’soluzzjonijiet tal-IT, it-tħejjija ta’ għan-negozji biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. |
|
— |
L-organizzazzjoni, l-implimentazzjoni u/jew il-monitoraġġ ta’ servizzi operattivi f’wieħed minn dawn l-oqsma (bl-esternalizzazzjoni ta’ parti mix-xogħlijiet jew mingħajrha), inkluża t-tħejjija ta’ rapporti u tabelli ta’ valutazzjoni għas-segwitu ta’ attivitajiet skont ir-rekwiżiti u d-dokumentazzjoni għall-ġestjoni tal-bidla u l-proġetti ta’ żvilupp tal-infrastruttura. |
|
— |
Is-superviżjoni ta’ dawk li jipprovdu servizz minn barra, inkluż it-tfassil tal-pjanijiet ta’ ħidma, is-segwitu tal-kuntratt, il-proċeduri ta’ riċeviment u aċċettar, u l-ħruġ ta’ rċevuti relatati. |
|
— |
It-tfassil, it-testijiet u/jew il-validazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi. |
|
— |
Il-ġestjoni ta’ timijiet ta’ proġetti/servizzi tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti ta’ proġetti/servizzi tal-informazzjoni. |
|
— |
It-tħejjija ta’ laqgħat informattivi, rapporti u preżentazzjonijiet. |
f’wieħed minn dawn l-oqsma:
Qasam 1 – Is-sistemi ta’ informazzjoni
|
— |
L-analiżi funzjonali u teknika (l-espressjoni tal-bżonnijiet, l-analiżi tal-proċessi tan-negozju, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi), it-tfassil ta’ softwer, bażijiet tad-dejta u applikazzjonijiet. |
|
— |
Il-prototipi, l-iżvilupp, l-ittestjar, l-użu, il-kontroll tal-kwalità, il-manutenzjoni u l-amministrazzjoni ta’ sistemi tal-informazzjoni fi strutturi u ambjenti differenti (“klijent/server”, f’diversi livelli, ta’ softwer bħal SAP, jew orjentati “mobbli” jew “web”). |
|
— |
L-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi għall-ġbir, l-ipproċessar u t-tixrid tad-dejta statistika (maħżen tad-dejta) u/jew deċiżivi (intelligence tan-negozju). |
|
— |
L-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ dokumentazzjoni. |
Qasam 2 – Is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni
|
— |
It-twettiq ta’ analiżi tar-riskju tas-“sistemi” permezz ta’ għodod metodoloġiċi rikonoxxuti (EBIOR, PILAR, eċċ.) u t-traduzzjoni tar-riżultati ta’ dawn l-analiżi f’kontromiżuri ta’ sigurtà li jipproteġu s-sistema ta’ informazzjoni. |
|
— |
It-twettiq ta’ proċeduri ta’ sigurtà għall-użu tas-sistemi ta’ informazzjoni u gwidi għas-settings (sistemi operattivi, Bażijiet tad-Dejta, filtri tan-netwerks eċċ.) u l-parteċipazzjoni fl-amministrazzjoni tas-sigurtà ta’ sistemi ta’ informazzjoni. |
|
— |
It-twettiq ta’ verifiki tas-sigurtà tal-informazzjoni u tan-netwerks, testijiet tal-penetrazzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni u djanjostiċi tas-sigurtà tan-netwerk. |
|
— |
L-użu u t-tħaddim ta’ għodod għall-analiżi ta’ ġurnali awtomatizzati tal-avvenimenti, għodod għall-analiżi tal-vulnerabilitajiet, tal-filtri tan-netwerk, tal-IPS/IDS u għodod għall-protezzjoni kontra l-Malware. |
|
— |
L-użu u t-tħaddim ta’ mekkaniżmi ta’ encryption tat-tip tal-gvern (ġestjoni taċ-ċwievet, kwistjonijiet ta’ kontabilità, eċċ.). |
|
— |
L-użu u t-tħaddim ta’ infrastrutturi tal-ġestjoni ta’ ċwievet pubbliċi |
Qasam 3 – In-Netwerks u t-Telekomunikazzjonijiet
|
— |
Id-definizzjoni tas-soluzzjonijiet, twaqqif, ġestjoni u superviżjoni tas-servizzi fl-oqsma tal-netwerks tad-dejta (LAN/WAN) u n-netwerks vokali/videoconference u tat-telekomunikazzjonijiet b’mod ġenerali. |
|
— |
L-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u l-appoġġ għas-servizzi u tagħmir tal-infrastruttura tan-netwerks u tat-telekomunikazzjoni: tagħmir attiv u passiv, routers, firewall, proxy, load balancers, tagħmir għal kontra l-ispam, pabx, eċċ. Is-sorveljanza tat-tħaddim, il-prestazzjoni u s-sigurtà. |
|
— |
Il-ġestjoni u l-verifika tan-netwerk tas-sigurtà u tat-telekomunikazzjoni. |
Qasam 4 – L-infrastruttura burokratika u ċ-ċentru tad-dejta
|
— |
L-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u l-appoġġ tal-ambjent tal-utent. Il-konfigurazzjoni tal-workstations, inkluż għal apparat mobbli. L-aġġornament tas-sistemi operattivi, softwer, applikazzjonijiet għall-kummerċ. Il-konfigurazzjoni tas-sigurtà tal-workstations u l-monitoraġġ. |
|
— |
L-isfruttar/ġestjoni taċ-ċentri ta’ trattament ta’ dejta: l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u appoġġ għas-servizzi u tagħmir għall-awtentikazzjoni, il-ġestjoni tas-sistemi ta’ fajls (filesystem), bażijiet ta’ dejta, servers ta’ applikazzjonijiet, sistemi ta’ ħażna, salvagwardja u arkivju tad-dejta, sistemi ta’ virtwalizzazzjoni, servizzi ta’ direttorji u ta’ forniment għall-utenti, il-ġestjoni tal-apparat mobbli, tal-posta elettronika u servizzi oħra normalment pprovduti minn ċentru tad-dejta. |
|
— |
Il-ġestjoni ta’ proġetti, il-valutazzjoni ta’ teknoloġiji u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet fis-sottodominji indikati. |
|
— |
L-appoġġ għall-utenti fis-sottodominji indikati. |
|
— |
il-parteċipazzjoni fid-definizzjoni u l-ittestjar tal-Pjan ta’ Kontinwità tan-Negozju (Business Continuity Plan, BCP) u l-Proċeduri għall-Irkupru mid-Diżastri (Disaster Recovery Procedures, DRP). |
Qasam 5 – Il-Web
|
— |
Struttura teknika: definizzjoni tal-istrutturi tekniċi tal-web (back office) b’kont meħud tal-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod ta’ ġestjoni tal-kontenut użati u l-bżonnijiet tan-negozju. |
|
— |
L-iżvilupp u l-konfigurazzjoni tal-għodod ta’ ġestjoni tas-siti web u l-kontenut (CMS). |
|
— |
Il-konfigurazzjoni/żvilupp taċ-ċirkwiti ta’ validazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-kontenut |
|
— |
L-organizzazzjoni, it-twaqqif u/jew il-monitoraġġ ta’ servizzi operattivi ta’ ġestjoni tas-siti web (bi jew mingħajr esternalizzazzjoni ta’ parti mix-xogħlijiet). Il-preparazzjoni ta’ proċeduri, statistika, rapporti u tabelli ta’ valutazzjoni għall-monitoraġġ tal-attivitajiet skont il-ħtiġijiet. |
|
— |
L-iżvilupp għall-midja soċjali (Facebook, eċċ.). |
|
— |
It-tfassil u t-tqassim tal-kontenut grafiku. |
III. KUNDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI
Fid-data ta’ għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika , int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
2.1 |
Kwalifiki/diplomi u esperjenza professjonali Livell ta’ edukazzjoni post sekondarja ċċertifikat minn diploma ta’ tmiem l-istudji fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, segwit minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas 3 snin fil-qasam magħżul mill-kandidat. JEW Livell ta’ edukazzjoni sekondarja inkluż tekniku, iċċertifikat minn diploma ta’ tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja, segwit minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas 6 snin fil-qasam magħżul mill-kandidat. |
||||||||
|
2.2 |
Għarfien lingwistiku (2) |
||||||||
|
Lingwa 1 |
Il-lingwa ewlenija għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||
|
Lingwa 2 |
It-tieni lingwa (bilfors trid tkun differenti mil-lingwa 1) għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż F’konformità mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewoprea (l-Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs. il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, fil-qafas ta’ din il-kompetizzjoni, jindikaw ir-raġunijiet għalfejn jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għal għadd ristrett ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b’konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista’ jiġi affettwat ħażin ħafna. Abbażi ta’ prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b’kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma t-tieni lingwa l-aktar użati fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta’ edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista’ jistenna mill-kandidati f’pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta’ din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati eżamijiet f’dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta’ xogħol. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b’dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-ħila tal-kandidati li jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih f’ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg. Għall-istess raġunijiet, huwa indikat li tiġi limitata l-lingwa ta’ komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Din l-eżiġenza tiżgura l-omoġeneità tat-tqabbil u l-kontroll tal-kandidati fl-applikazzjonijiet tagħhom stess. Barra minn hekk, fl-interess ta’ trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel ċerti eżamijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta’ ħidma, b’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
||||||||
IV. TESTIJIET TA’ DĦUL
It-testijiet ta’ dħul isiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-bord tal-għażla jiddetermina l-livell ta’ diffikultà ta’ dawn it-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
It-testijiet ta’ dħul jiġu organizzati biss jekk l-għadd ta’ kandidati li japplikaw ikun ogħla minn ċertu limitu. Il-limitu jiġi determinat mid-Direttur tal-EPSO bħala Awtorità tal-Ħatra (autorité investie du pouvoir de nomination – AIPN), wara li tagħlaq ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet. Dan il-limitu jista’ jvarja minn qasam għall-ieħor u int tkun infurmat permezz tal-kont EPSO tiegħek.
Jekk ma jiġrix hekk, it-testijiet tal-ħiliet jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (ara t-Taqsima VI, il-punt 2).
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VIII). Attenzjoni:
|
|||||||
|
Sensiela ta’ testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b’għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-ħiliet fir-rigward ta’: |
|||||||
|
Test a) |
Ir-raġunament verbali |
Marki: minn 0 sa 20 punt il-minimu meħtieġ: 10 punti |
||||||
|
Test b) |
Ir-raġunament numeriku |
Marki: minn 0 sa 10 punti |
||||||
|
Test c) |
Ir-raġunament astratt |
Marki: minn 0 sa 10 punti |
||||||
|
|
Il-minimu meħtieġ għaż-żewġ testijiet b) u c) huwa ta’ 10 punti |
|||||||
|
Lingwa 1 |
|||||||
V. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI
1. Proċedura
Il-verifika tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll l-għażla abbażi tal-kwalifiki l-ewwel isiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.
|
(a) |
Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni. Fil-każ li t-testijiet ta’ dħul huma organizzati minn qabel, l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ssir, f’ordni dixxendenti tal-punti miksuba u sakemm jintlaħaq in-numru, skont il-qasam, stabbilit mill-AIPN (3) , għall-kandidati li:
|
|
(b) |
Imbagħad, il-bord tal-għażla jagħmel għażla abbażi tal-kwalifiki minn fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni, sabiex jidentifika liema huma l-kandidati li għandhom l-aktar kwalifiki rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fir-rigward tad-deskrizzjoni tad-dmirijiet u tal-kriterji għall-għażla deskritti f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. Din l-għażla ssir biss abbażi tad-dikjarazzjonijiet li tkun għamilt fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” (“Talent Screener”) skont klassifikazzjoni stabbilita kif ġej:
|
Imbagħad, il-bord tal-għażla jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki globali. In-numru ta’ kandidati mistiedna (4) għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jikkorrispondi. għal kull qasam, għal mhux aktar minn 3 darbiet in-numru ta’ kandidati magħżula. Dan in-numru jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
2. Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati
Meta joħorġu r-riżultati taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom jiġu vverifikati mill-EPSO għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord tal-għażla għall-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti mill-kandidati. Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ta’ sostenn jkunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw ir-risposti diġà mogħtija fit-taqsima “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet”. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet (5) mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.
Il-verifika ssir b’ordni dixxendenti ta’ mertu, għall-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki għat-testijiet kollha f’daqqa d), e), f) u g) taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (ara t-Taqsima VI, il-punt 2). Fejn applikabbli, dawn il-kandidati jridu jkunu kisbu wkoll il-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-ħiliet a), b) u c). Din il-verifika tibqa’ ssir sakemm jintlaħaq l-għadd ta’ kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta’ riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ ammissjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru ma jiġux eżaminati.
3. Kriterji għall-għażla
Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
Qasam 1 – Is-sistemi ta’ informazzjoni
|
1. |
Diploma fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
|
2. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tas-servizzi (pereżempju ITIL). |
|
3. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tal-proġetti (pereżempju PMI, Prince2 ...). |
|
4. |
Ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà informatika (Identity and Access Management, IS Security, eċċ.). |
|
5. |
Ċertifikazzjoni teknika fil-qasam ta’ sistemi tal-informazzjoni korporattiva (pereżempju Java, Oracle, BO, Microsoft, ...). |
|
6. |
Esperjenza professjonali fil-parteċipazzjoni fi proġett (eskluż l-immaniġġar), id-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema tal-informazzjoni korporattiva. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-analiżi tal-bżonnijiet u l-proċessi tan-negozju. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fid-disinn ta’ bażijiet tad-dejta, inklużi dawk orjentati għall-oġġetti. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tal-web/mobbli/imqassma (klijent-server). |
|
10. |
Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni ta’ softwer ta’ ġestjoni integrata (ERP) (pereżempju SAP). |
|
11. |
Esperjenza professjonali fid-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ dokumentazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni tal-istandard XML. |
|
12. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (ISO 26514) jew tad-dokumentazzjoni ta’ proġett jew fil-qasam tal-lingwaġġ tal-immudellar (pereżempju UML). |
|
13. |
Esperjenza professjonali fid-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ statistika (maħżen tad-dejta u ETL) u/jew tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (intelligence tan-negozju). |
|
14. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ittestjar u/jew kontroll tal-kwalità tas-sistemi tal-informazzjoni. |
|
15. |
Esperjenza professjonali fil-monitoraġġ tas-servizzi tal-kuntratturi esterni fil-qasam. |
|
16. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ proġetti tas-sistemi tal-informazzjoni. |
|
17. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni. |
|
18. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ġestjoni ta’ tim tal-IT. |
|
19. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tal-implimentazzjoni ta’ metodoloġija għall-iżvilupp ta’ sistema tal-informazzjoni (pereżempju RUP, AGILE, SCRUM). |
Qasam 2 – Is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni
|
1. |
Diploma fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
|
2. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tas-servizzi (pereżempju ITIL). |
|
3. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tal-proġetti (pereżempju PMI, Prince2 ...). |
|
4. |
Ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni. |
|
5. |
Esperjenza professjonali fit-twettiq ta’ analiżi tar-riskju ta’ “sistemi” li jgħinu lil għodda metodoloġiċi rikonoxxuti u fit-traduzzjoni tar-riżultati ta’ dawn l-analiżi f’kontromiżuri ta’ sigurtà biex jipproteġu s-sistema tal-informazzjoni. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ proċeduri għall-użu sikur tas-sistemi tal-informazzjoni u fit-tfassil ta’ gwidi għas-settings.(sistemi operattivi, Bażijiet tad-Dejta, filtri tan-netwerk, eċċ.). |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-amministrazzjoni tas-sigurtà ta’ sistemi tal-informazzjoni. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fit-twettiq tal-verifiki tas-sistemi tal-informazzjoni u n-netwerks, testijiet tal-penetrazzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni u djanjostiċi tas-sigurtà tan-netwerks. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-użu u t-tħaddim ta’ għodda għall-analiżi ta’ ġurnali awtomatizzati tal-avvenimenti, għodda għall-analiżi tal-vulnerabilitajiet, filtri tan-netwerk, IPS/IDS u għodda għall-protezzjoni kontra l-Malware. |
|
10. |
Esperjenza professjonali fl-użu u t-tħaddim ta’ mekkaniżmi għall-encryption tat-tip tal-gvern (ġestjoni ta’ ċwievet, kwistjonijiet ta’ kontabilità eċċ.). |
|
11. |
Esperjenza professjonali fl-użu u t-tħaddim ta’ infrastrutturi għall-ġestjoni ta’ ċwievet pubbliċi. |
Qasam 3 – In-Netwerks u t-Telekomunikazzjonijiet
|
1. |
Diploma fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
|
2. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tas-servizzi (pereżempju ITIL). |
|
3. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tal-proġetti (pereżempju PMI, Prince2 ...). |
|
4. |
Ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà informatika. |
|
5. |
Ċertifikazzjoni teknika fil-qasam tan-netwerks u t-telekomunikazzjonijiet. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fil-bini ta’ servizz ta’ netwerks u telekomunikazzjonijiet. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-użu ta’ servizz ta’ netwerks u telekomunikazzjonijiet (il-manutenzjoni evoluzzjonarja, il-konfigurazzjoni). |
|
8. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jew dokumentazzjoni f’dan il-qasam. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-appoġġ tekniku jew fil-manutenzjoni teknika fil-qasam tan-netwerks tal-informazzjoni. |
|
10. |
Esperjenza professjonali fi proġett li juża netwerk korporattiv inkluż tagħmir tan-netwerk bħal swiċċijiet, routers, firewalls, servers proxy, eċċ. |
|
11. |
Esperjenza professjonali fil-monitoraġġ tas-servizzi tal-kuntratturi esterni fil-qasam |
|
12. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks. |
Qasam 4 – L-infrastruttura burokratika u ċ-ċentru tad-dejta
|
1. |
Diploma fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
|
2. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni ta’ servizzi u/jew infrastrutturi (pereżempju ITIL, CDCP, CDCS, CDCE, DCE, ...). |
|
3. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tal-proġetti (pereżempju PMI, Prince2 ...). |
|
4. |
Ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà informatika. |
|
5. |
Ċertifikazzjoni teknika fil-qasam tal-infrastruttura burokratika u/jew f’ċentru tad-dejta. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fil-bini ta’ infrastruttura tal-informazzjoni. |
|
7. |
Esperjenza professjonali f’proġett li juża infrastruttura tal-informazzjoni korporattiva. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fl-appoġġ tekniku jew fil-manutenzjoni teknika fil-qasam ta’ infrastrutturi burokratiċi tat-tip tas-servers jew ċentru tad-dejta |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-appoġġ tal-utent (helpdesk) jew fil-qasam ta’ infrastrutturi burokratiċi tat-tip tas-servers jew ċentru tad-dejta |
|
10. |
Esperjenza professjonali fl-użu ta’ servizz tal-informazzjoni (il-manutenzjoni evoluzzjonarja, il-konfigurazzjoni). |
|
11. |
Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ bażijiet tad-dejta. |
|
12. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tas-sigurtà tal-infrastrutturi tal-informazzjoni. |
|
13. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jew dokumentazzjoni f’dan il-qasam. |
|
14. |
Esperjenza professjonali fil-monitoraġġ tas-servizzi tal-kuntratturi esterni fil-qasam |
Qasam 5 – Il-Web
|
1. |
Diploma fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
|
2. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tas-servizzi (pereżempju ITIL). |
|
3. |
Ċertifikazzjoni fil-ġestjoni tal-proġetti (pereżempju PMI, Prince2 ...). |
|
4. |
Ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà informatika. |
|
5. |
Ċertifikazzjoni teknika fil-qasam tal-web. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jew dokumentazzjoni għal proġetti web. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fid-definizzjoni u l-manutenzjoni ta’ arkitetturi tekniċi tal-web (back office, multi-tier, web services), applikazzjonijiet mobbli u/jew tal-arkitetturi tal-multimidja (streaming, downloads, Rich Media, VOD, RSS, Podcast emailing eċċ.) inklużi fi proġetti multilingwi. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fl-analiżi tal-bżonnijiet tan-negozju (analiżi tan-negozju) fi proġetti tal-web. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp u l-konfigurazzjoni ta’ f’waħda mill-għodda prinċipali tal-ġestjoni tal-kontenut (CMS). |
|
10. |
Esperjenza professjonali fil-konfigurazzjoni u/jew l-iżvilupp taċ-ċirkwiti ta’ validazzjoni u fil-pubblikazzjoni tal-kontenut (inkluż eventwalment fil-qasam tal-analiżi tal-istatistika dwar l-Internet). |
|
11. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp għall-midja soċjali (networking, blogs, wiki, video-sharing, eċċ.) u l-għodod tal-kollaborazzjoni. |
|
12. |
Esperjenza professjonali fid-disinn u t-tqassim tal-kontenut grafiku (separazzjoni tad-dejta/preżentazzjoni, XML-XHTML CSS). |
|
13. |
Esperjenza professjonali fil-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tal-kuntratturi esterni u l-ġestjoni tal-proġetti tal-web. |
VI. KOMPETIZZJONI ĠENERALI
|
Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati li (6)
inti tiġi mistieden biex tieħu sehem fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni li ġeneralment isir fi Brussell (7) u li jdum għaddej jum jew jumejn. |
||||||||||||||||||||||
|
Inti tkun suġġett għal tliet tipi ta’ evalwazzjoni li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-bord tal-għażla:
|
Kull waħda minn dawn il-kompetenzi ġenerali tiġi ttestjata skont it-tabella li ġejja:
|
|
Studju ta’ każ |
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista strutturata |
|
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
x |
x |
|
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
|
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
|
Tagħlim u żvilupp |
|
x |
x |
|
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
x |
x |
|
|
Reżiljenza |
|
x |
x |
|
Ħidma f’tim |
|
x |
x |
|
Lingwa 1 għat-testijiet a), b) u c) Lingwa 2 għat-testijiet d), e), f) u g) |
||||||||
|
Kapaċitajiet ta’ raġunament
il-minimu meħtieġ għat-testijiet b) u c) flimkien: 10 punti It-testijiet a), b) u c) huma eliminatorji iżda l-marki tagħhom ma jiżdidux mal-marki tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Kompetenzi speċifiċi (test d) minn 0 sa 100 punt il-minimu meħtieġ: 50 punt il-piż tal-marki: 55 % tal-marka globali Kompetenzi ġenerali (it-testijiet e, f u g) Minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali il-minimu meħtieġ: 3 punti għal kull kompetenza u 35 punt minn 70 għas-7 kompetenzi ġenerali kollha f’daqqa il-piż tal-marki: 45 % tal-marka globali |
VII. LISTI TA’ RIŻERVA
|
Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista ta’ riżerva
|
||||||
|
Listi stabbiliti skont il-qasam u f’ordni alfabetika. |
VIII. KIF TAPPLIKA?
|
Għandek tapplika b’mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b’mod partikolari fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data tal-għeluq (inkluża l-validazzjoni): Il-15 ta’ Lulju 2014 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell |
||
|
Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni, trid iġġib miegħek (10) il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ta’ sostenn) meta tiġi għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Termini: ara l-punt 2.1.7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F’dan l-avviż, kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKER) – livell minimu meħtieġ: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2
(http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)
(3) Dan in-numru jikkorrispondi għal-limitu msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima IV.
(4) Il-kandidati li ma jkunux mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż attribwit għal kull mistoqsija mill-bord tal-għażla.
(5) Din l-informazzjoni tiġi vverifikata, abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn, qabel ma tinħoloq il-lista ta’ riżerva (ara t-Taqsima VII, il-punt 1 u t-Taqsima VIII, il-punt 2).
(6) F’każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għall-eżamijiet tal-evalwazzjoni.
(7) Minħabba raġunijiet ta’ organizzazzjoni, it-testijiet tal-ħila jistgħu jsiru f’ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement mit-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
(8) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
(9) F’każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta’ riżerva.
(10) Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.