|
3.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 166/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7231 — Vodafone/ONO)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 166/09
|
1. |
Fit-23 ta’ Mejju 2014 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vodafone Group plc (“Vodafone”, ir-Renju Unit) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Grupo Corporativo ONO (“ONO”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma: — Vodafone: provvista ta’ telefonija bil-mowbajl u dik fissa, servizzi ta’ broadband u televiżjoni mad-dinja kollha. — ONO: provvista ta’ telefonija fissa, servizzi ta’ broadband u televiżjoni fi Spanja. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7231 — Vodafone/ONO, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).