23.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7259 — Carphone Warehouse/Dixons)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 155/04

1.

Fis-16 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Carphone Warehouse plc (“Carphone”, ir-Renju Unit) u Dixons Retail plc (“Dixons”, ir-Renju Unit) jidħlu f’għaqda sħiħa skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għal Carphone: bejgħ bl-imnut speċjalizzat fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet bil-mowbajl;

—   għal Dixons: bejgħ bl-imnut speċjalizzat multi-channel fis-settur tal-elettriku.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għnadhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7259 — Carphone Warehouse/Dixons, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).