14.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/26


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7248 — Cinven/Skandia)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 144/08)

1.

Fit-2 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Heidelberg Leben Holding AG (il-Ġermanja), ikkontrollata bi sħiħ minn Cinven Capital Management (V) General Partner Limited (“Cinven”, Guernsey) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriżi Skandia Lebensversicherung AG (il-Ġermanja), Skandia Versicherung Management & Service GmbH (il-Ġermanja), Skandia Portfolio Management GmbH (il-Ġermanja), Skandia Pension Consulting GmbH (il-Ġermanja) u Skandia Austria Holding AG (l-Awstrija), il-ħamsa li huma kumpaniji fil-mira msejjħa “Skandia”, permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Cinven: negozju ta’ ekwità privata attiv fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġar tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment,

—   għal Skandia: il-forniment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u b’mod partikolari prodotti skont l-unità fil-Ġermanja u l-Awstrija.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7248 — Cinven/Skandia, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.