14.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7225 — Allianz/Rei Investment/Fiumaranuova)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 144/07)

1.

Fit-2 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bihom l-impriżi Rei Investment I B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi), propjetà ta’ ING Groep N.V. (“ING”, il-Pajjiżi l-Baxxi), u Allianz S.p.A. (l-Italja), ikkontrollata minn Allianz SE (“Allianz”. il-Ġermanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Fiumaranuova S.r.l. (“Fiumaranuova”, l-Italja) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

ING hija istituzzjoni finanzjarja globali li toffri servizzi bankarji, tal-investiment, l-assigurazzjoni u l-irtirar,

Allianz huwa fornitur ta’ servizzi finanzjarji attiv madwar id-dinja kollha fin-negozju tal-assigurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi,

Fiumaranuova tippossjedi ċentru kummerċjali magħruf bħala “Centro Commerciale Fiumara” kif ukoll iċ-ċentru anness ta’ divertiment magħruf bħala “Centro Divertimenti Fiumara”, li t-tnejn li huma jinsabu f’Ġenova, ir-reġjun ta’ Liguria fl-Italja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+ 32 22964301) bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7225 — Allianz/Rei Investment/Fiumaranuova, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.