30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.7256 — KKR/HIG/Estro)

Każ kandidat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 131/07

1.

Fil-15 ta’ April 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha KKR & Co, L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ Estro Groep B.V. (“Estro”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal KKR: il-forniment ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi alternattivi lill-investituri tas-swieq pubbliċi u privati u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital għall-impriża, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha, u l-klijenti tagħha.

—   għal HIG: il-forniment ta’ kapital lil kumpaniji żgħar jew ta’ daqs medju b’potenzjal attraenti ta’ tkabbir. HIG tinvesti f’xiri tal-kumpaniji mmexxi mill-maniġment u r-rikapitalizzazzjonijiet ta’ impriżi profitabbli u mmaniġġati tajjeb tal-manifattura jew tas-servizzi.

—   għal Estro: forniment ta’ servizzi ta’ kura tat-tfal matul il-jum fil-Pajjiżi l-Baxxi.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7256 — KKR/HIG/Estro, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.