|
12.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/17 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ COMP/M.7182 — Visteon Corporation/In-Negozju ta' Elettronika Għas-Settur Awtomobilistiku ta' Johnson Controls)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 111/11)
|
1. |
Fl-4 ta’ April 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Visteon Corporation (“Visteon”, l-Istati Uniti) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tan-negozju ta' elettronika għas-settur awtomomobilistiku li bħalissa huwa miżmum minn Johnson Controls, Inc. (“JCI”, l-Istati Uniti), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi konċernati huma: — għal Visteon: il-provvista ta’ sistemi tal-klima, tal-elettronika u tal-partijiet ta’ ġewwa, moduli u komponenti għal manifatturi ta' apparat oriġinali tal-awtovetturi (OEMs), — għal JCI: operazzjonijiet teknoloġiċi u industrijali fl-effiċjenza tal-kostruzzjoni; soluzzjonijiet ta' provvista u ta' enerġija għas-settur awtomobilistiku, — għan-Negozju ta' Elettronika Għas-Settur Awtomobilistiku ta' Johnson Controls, Inc.: il-provvista lil OEMs fis-settur awtomobilistiku ta' prodotti elettroniċi ta' informazzjoni għas-sewwieq u għall-karrozzerija. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. |
|
5. |
Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.7182 — Visteon Corporation/In-Negozju ta' Elettronika Għas-Settur Awtomobilistiku ta' Johnson Controls, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).