9.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/20


Sejħa għall-proposti 2014 — EAC/S11/13 — Programm Erasmus+

Estensjoni tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet (Sport)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 362 tat-12 ta’ Diċembru 2013 )

2014/C 106/05

L-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-azzjonijiet “Sħubiji kollaborattivi fil-qasam tal-isport” u “Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ”tal-15 ta’ Mejju 2014 (il-punt 6 tas-Sejħa) ġiet estiża sas-26 ta’ Ġunju 2014, 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell (1).

Il-baġit totali allokat għas-Sejħa, kif ukoll it-tqassim tiegħu (il-punt 5 tas-Sejħa), huma ta’ natura indikattiva, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+ għall-2014. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+ għall-2014 u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq il-paġna http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/index_en.htm, f’dak li jirrigwarda l-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-Sejħa.


(1)  Soġġett għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+ għall-2014.