|
26.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7134 – Volvo Construction Equipment/Terex Construction Limited)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2014/C 87/10
|
1. |
Fit-18 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsil (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Volvo Construction Equipment AB (l-Isvezja) u ċerti sussidjarji u affiljati oħrajn, kull waħda fl-aħħar ikkontrollata minn AB Volvo (l-Isvezja), se takkwista il-kontroll ta' Terex Equipment Limited (ir-Renju Unit) u assi oħrajn relatati man-negozju tat-trakkijiet mhux tat-toroq għar-rimi ta' materjal proprjetà ta' Terex Corporation (tal-Istat Uniti tal-Amerika). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7134 – Volvo Construction Equipment/Terex Construction Limited, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).