8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7193 – Gores/Premier Foods/Hovis)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 70/04

1.

Fit-3 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Gores Group LLC (“Gores”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Premier Foods plc. (“Premier Foods”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta Hovis Limited (“Hovis”, ir-Renju Unit), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Gores: investitur ta' ekwità privata attiva primarjament fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ewropa tal-Punent,

għal Premier Foods: il-manifattura u l-provvista ta' prodotti tal-merċa, inklużi ħobż u prodotti tal-ħami, dqiq, kejkijiet, ikel ta' konvenjenza, sopop, zlazi għat-tisjir, pasti, stukku u grejvi primarjament fir-Renju Unit,

għal Hovis: il-manifattura u l-provvista ta' dqiq u prodotti għall-ħimi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7193 – Gores/Premier Foods/Hovis, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.