|
27.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 56/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AST/130/14 (AST 3)
(2014/C 56 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali abbażi ta' kwalifiki u testijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti (1) fis-settur tal-bini.
L-għan ta' din il-kompetizzjoni huwa li jinħolqu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti ta' uffiċjali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fi Brussell u fil-Lussemburgu.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 kif ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-mod ta' kif tapplika.
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TA' DĦUL |
|
V. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET U GĦAŻLA ABBAŻI TAL-KWALIFIKI |
|
VI. |
KOMPETIZZJONI ĠENERALI |
|
VII. |
LISTI TA' RIŻERVA |
|
VIII. |
KIF TAPPLIKA? |
I. QAFAS ĠENERALI
|
101 |
||
|
Din il-kompetizzjoni tirreferi għal sitt oqsma, tista' tapplika biss għal qasam wieħed. Din l-għażla għandha ssir meta tkun qed timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel wara d-data tal-għeluq tal-applikazzjoni. N.B. Biex tiġi rreklutat fis-servizzi tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-Lussemburgu, huwa meħtieġ għarfien tajjeb tal-Franċiż orali u miktub, minħabba li dan l-għarfien huwa indispensabbli fil-qafas tax-xogħol u l-iskambji mal-operaturi esterni. |
II. DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET
It-tekniċi speċjalizzati se jkunu responsabbli għall-kompiti ta' ġestjoni, applikazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ fis-settur tal-bini, b'mod partikolari f'wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:
Qasam 1: Inġinerija klimatika — (18-il kandidat magħżula)
Arja kundizzjonata, ventilazzjoni, tisħin, installazzjonijiet idrosanitarji, tekniki u metodi ta' użu sostenibbli tal-bini tal-uffiċċji, ġestjoni tal-enerġija, ġestjoni teknika ċentralizzata, regolazzjoni awtomatika.
Qasam 2: Inġinerija elettromekkanika u elettronika — (15-il kandidat magħżula)
Elettriku (kurrent qawwi u kurrent dgħajjef), makkinarju tal-irfigħ, tagħmir awtomatiku, detezzjoni u protezzjoni min-nar, sistema tal-kejbils tal-informatika/tat-telefown, ġestjoni teknika ċentralizzata, ġeneratur tal-elettriku, tidwil ta' sigurtà, EIB u sistemi simili.
Qasam 3: Arkitettura u rinnovament intern — (15-il kandidat magħżula)
Sistemazzjoni interna u esterna: riorganizzazzjoni tal-ispazji, b'mod partikolari tal-uffiċċji, taż-żoni tas-servizzi, tas-swali għal-laqgħat u tal-bini tekniku, sinjalar ta' konvenjenza u ta' sigurtà, għarfien tal-istandards ta' konteniment.
Qasam 4: Ġestjoni tal-proġetti — (18-il kandidat magħżula)
Assistenza għall-ġestjoni tal-proġetti tal-proprjetà (kostruzzjoni, rinnovament, lokazzjoni tal-bini), tekniki speċjali, bini strutturali u irfinar: strutturi, faċċati, blinds jew tendini interni u esterni, bjut, bibien u twieqi esterni u interni, kisi tal-artijiet u l-ħitan.
Qasam 5: Sigurtà u Saħħa/Iġjene — (17-il kandidat magħżula)
Saħħa u sigurtà fix-xogħol: implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni, sigurtà u iġjene, koordinazzjoni tas-sigurtà u s-saħħa fil-fażi ta' proġett u ta' kostruzzjoni, tfassil tal-istruzzjonijiet ta' sigurtà u ta' iġjene, ġestjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza.
Qasam 6: Sigurtà — (18-il kandidat magħżula)
Tekniċi ta' sigurtà (sikurezza) f'termini ta' evalwazzjoni u ta' implimentazzjoni tal-protezzjonijiet ta' sigurtà, kemm b'mezzi fiżiċi (kostruzzjoni, twieqi u bibien, eċċ.) kif ukoll b'mezzi elettroniċi (bħal pereżempju CCTV, kontroll tal-aċċess, detezzjoni ta' dħul mhux awtorizzat): implimentazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà, koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà fil-fażi ta' proġett u ta' kostruzzjoni, tfassil tal-istruzzjonijiet ta' sigurtà, ġestjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza, awditjar fil-manutenzjoni tal-installazzjonijiet ta' sigurtà. Abbozzar tal-pjanijiet ta' kontinwità u/jew tal-pjanijiet ta' kriżi, abbozzar tal-evalwazzjonijiet tar-riskji.
Barra minn hekk, dan ix-xogħol jeħtieġ ħiliet ta' ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u għarfien tajjeb tal-għodod tal-informatika (Office, Excel, Word, MS Project, eċċ.), kif ukoll għarfien tas-softwer ta' ġestjoni u Disinn Assistit permezz tal-Kompjuter (CAD), l-aktar għall-oqsma 3 u 4.
Bħala indikazzjoni, id-dmirijiet jistgħu jinkludu b'mod partikolari:
|
— |
kompiti marbuta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-bini, |
|
— |
kompiti marbuta mal-ġestjoni tal-manutenzjoni assistita permezz tal-kompjuter (Computerised Maintenance Management System — CMMS), mal-ġestjoni teknika ċentralizzata (Building Management System — BMS), mal-ġestjoni termika u enerġetika u mal-użu sostenibbli tal-bini, |
|
— |
kompiti marbuta mal-protezzjoni min-nar, mas-sigurtà teknika tal-bini u l-iġjene jew kompiti oħrajn marbuta mas-saħħa u s-sigurtà fix-xogħol, |
|
— |
l-analiżi tal-ħtiġijiet u l-programmazzjoni pluriennali tal-bini jew tagħmir/installazzjonijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni (organizzazzjonali, operazzjonali, eċċ.), |
|
— |
il-monitoraġġ tal-proġetti lesti ta' sistemazzjoni/rinnovament/kostruzzjoni/rikostruzzjoni, l-abbozzar ta' proċeduri ta' użu u t-taħriġ tal-utenti, |
|
— |
l-assistenza għall-ġestjoni tal-binjiet u/jew l-użu tat-tagħmir u l-installazzjonijiet ta' sikurezza, |
|
— |
l-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet qabel is-sejħa għall-offerti, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' sejħa għall-offerti, il-kontroll u l-koordinazzjoni tax-xogħlijiet jew tal-għotja ta' servizzi speċifiċi għas-settur tal-bini inkluża s-sigurtà, |
|
— |
il-ġestjoni amministrattiva u teknika (b'mod partikolari s-sorveljanza tal-eżekuzzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll tal-kwalità) tal-kuntratti magħmula fis-settur tal-bini ma' ditti esterni ta' |
|
— |
servizzi, xogħlijiet, provvisti u bini, inklużi l-kuntratti ta' manutenzjoni, |
|
— |
il-ġestjoni finanzjarja fil-qafas tal-ġestjoni tal-proġetti, |
|
— |
il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' għażla u fin-negozjati mmirati biex jinxtara/jimtela l-bini, |
|
— |
it-tfassil, il-konsultazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet permezz tas-softwer tad-disinn assistit permezz tal-kompjuter (CAD), |
|
— |
il-kuntatti mal-partijiet kontraenti u l-amministrazzjonijiet nazzjonali għall-kwistjonijiet relatati mal-qasam ta' attività, |
|
— |
l-evalwazzjoni tar-riskji u t-tfassil ta' soluzzjonijiet ta' sikurezza multidixxiplinari, |
|
— |
l-inizjazzjoni u l-monitoraġġ tal-fajls relatati mas-sikurezza f'dixxiplini oħra bħal pereżempju: l-elettriku, l-ergonomija, il-prevenzjoni, eċċ. |
|
— |
l-inizjazzjoni, il-monitoraġġ, il-koordinazzjoni, il-parteċipazzjoni fi proġetti u riflessjonijiet interistituzzjonali, |
|
— |
l-abbozzar u l-monitoraġġ ta' fajls regolatorji jew ta' konformità u kull azzjoni relatata (kisba tal-konformità), |
|
— |
it-tfassil tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-sikurezza; ir-reviżjoni tagħhom jew il-parteċipazzjoni fi gruppi ta' ħidma relatati magħhom, |
|
— |
is-sorveljanza teknoloġika. |
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika , int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
2.1 |
Kwalifiki/diplomi u esperjenza professjonali Livell ta' edukazzjoni post sekondarja ċċertifikat minn diploma ta' tmiem l-istudji marbuta mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet, segwit minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin marbuta mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet. JEW Livell ta' edukazzjoni sekondarja ċċertifikat minn diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja, segwit minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 snin marbuta mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet. |
||||||||||
|
2.2. |
Għarfien lingwistiku (2) |
||||||||||
|
|
Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: |
||||||||||
|
BG (il-Bulgaru) CS (iċ-Ċek) DA (id-Daniż) DE (il-Ġermaniż) EL (il-Grieg) EN (l-Ingliż) ES (l-Ispanjol) ET (l-Estonjan) |
FI (il-Finlandiż) FR (il-Franċiż) GA (l-Irlandiż) HR (il-Kroat) HU (l-Ungeriż) IT (it-Taljan) LT (il-Litwan) LV (il-Latvjan) |
MT (il-Malti) NL (l-Olandiż) PL (il-Pollakk) PT (il-Portugiż) RO (ir-Rumen) SK (is-Slovakkja) SL (is-Sloven) SV (l-Isvediż) |
|||||||||
|
Lingwa 1 |
Il-lingwa ewlenija għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||||
|
Lingwa 2 |
It-tieni lingwa (li bilfors trid tkun differenti mil-lingwa 1) għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, fil-qafas tal-kompetizzjoni preżenti, jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru limitat ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizzi li jesiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu mal-ewwel u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista' jiġi affettwat ħażin ħafna. Abbażi tal-prassi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għall-komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-ipproċessar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi sekondarji l-aktar użati fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala lingwi sekondarji. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati testijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda minn dawn it-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jkunu jistgħu jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li jsibu fl-impjieg. Għall-istess raġunijiet, huwa indikat li tiġi ristretta l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Fil-fatt, din l-eżiġenza tiżgura l-omoġeneità tat-tqabbil u l-kontroll tal-kandidati fl-applikazzjonijiet tagħhom stess. Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel ċerti testijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta' xogħol, b'konformità mal-Artikolu 45 (2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
||||||||||
IV. TESTIJIET TA' DĦUL
It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-bord ta' selezzjoni jiddetermina l-livell ta' diffikultà ta' dawn it-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
It-testijiet ta' dħul se jiġu organizzati biss jekk l-għadd tal-kandidati li japplikaw ikun ogħla minn ċertu limitu. Il-limitu jiġi determinat mid-Direttur tal-EPSO bħala Awtorità tal-Ħatra (autorité investie du pouvoir de nomination — AIPN), wara li tagħlaq ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet. Dan il-limitu jista' jvarja minn qasam għall-ieħor u int tkun infurmat permezz tal-kont EPSO tiegħek.
Jekk dan ma jkunx il-każ, se jiġu organizzati testijiet tal-kapaċità fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara l-punt 2 tat-Taqsima VI).
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VIII). Attenzjoni:
|
|||||||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-ħiliet tiegħek fir-rigward tar-raġunament: |
|||||||
|
Test (a) |
verbali |
marki: minn 0 sa 20 punt minimu meħtieġ: 10 punti |
||||||
|
Test (b) |
numeriku |
marki: minn 0 sa 10 punt |
||||||
|
Test (c) |
astratt |
marki: minn 0 sa 10 punt |
||||||
|
|
Il-minimu meħtieġ għaż-żewġ testijiet (b) u (c) flimkien huwa ta' 10 punti |
|||||||
|
Lingwa 1 |
|||||||
V. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET U GĦAŻLA ABBAŻI TAL-KWALIFIKI
1. Proċedura
L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll l-għażla abbażi tal-kwalifiki l-ewwel isiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.
|
(a) |
Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi se jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni. Fil-każ li t-testijiet ta' dħul huma organizzati minn qabel, l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ssir, f'ordni dixxendenti tal-punti miksuba, sakemm jintlaħaq in-numru stabbilit, għal kull qasam, mill-AIPN għall-kandidati li:
|
|
(b) |
Imbagħad, il-bord ta' selezzjoni jagħżel abbażi tal-kwalifiki sabiex jidentifika, fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni, dawk il-kandidati li għandhom l-aktar kwalifiki rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u tal-kriterji ta' għażla deskritti f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni. Din l-għażla ssir biss fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek ipprovduti fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” skont klassifikazzjoni stabbilita kif ġej:
|
Imbagħad, il-bord ta' selezzjoni jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki globali. In-numru ta' kandidati mistiedna (3) għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi, għal kull qasam, għal mhux aktar minn 3 darbiet in-numru ta' kandidati magħżula. Dan in-numru se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
2. Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati
Meta joħorġu r-riżultati taċ-ċentru tal-evalwazzjoni, u fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom se jiġu vverifikati mill-EPSO għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali, filwaqt li l-bord ta' selezzjoni jagħmel l-istess għall-kundizzjonijiet speċifiċi abbażi tad-dokumenti ġustfikattivi pprovduti mill-kandidati. Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ġustifikattivi se jkunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw ir-risposti diġà mogħtija fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet”. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet (4) mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.
Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki għat-testijiet kollha flimkien taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (d), (e), (f) u (g) (ara l-punt 2 tat-Taqsima VI). Dawn il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-kapaċità a), b) u c). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-listi ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru ma jiġux eżaminati.
3. Kriterji għall-għażla
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-bord ta' selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
Qasam 1: Inġinerija klimatika
|
1. |
Esperjenza professjonali addizzjonali ma' dik tat-Taqsima III, il-punt 2.1 ta' mill-inqas sentejn, f'wieħed mid-dmirijiet tal-qasam. |
|
2. |
Esperjenza professjonali addizzjonali fi dmir ieħor tal-qasam, ta' perjodu ta' żmien minimu ta' 9 xhur. |
|
3. |
Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 xhur fl-informatika: softwer speċifiku fil-qasam tal-kostruzzjoni/pjanifikazzjoni/manutenzjoni tal-bini. |
|
4. |
Diploma addizzjonali f'wieħed mid-dmirijiet tal-qasam. |
|
5. |
Taħriġ kumplimentari, differenti mid-diploma msemija fil-punt 4 hawn fuq, fil-qasam tal-bini jew ċertifikazzjonijiet/approvazzjonijiet tekniċi relatati mal-qasam. |
|
6. |
Esperjenza professjonali ta' ġestjoni finanzjarja fil-qasam tal-ġestjoni tal-proġetti u/jew esperjenza professjonali fil-qasam tas-sejħa għall-offerti (bħala dak li jfassal is-sejħa għall-offerti u/jew l-evalwatur u/jew l-offerent). |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta' tim jew fil-koordinazzjoni tas-servizzi esterni. |
Qasam 2: Inġinerija elettromekkanika u elettronika
|
1. |
Esperjenza professjonali addizzjonali ma' dik tat-Taqsima III, il-punt 2.1 ta' mill-inqas sentejn, f'wieħed mid-dmirijiet tal-qasam. |
|
2. |
Esperjenza professjonali addizzjonali fi dmir ieħor tal-qasam, ta' perjodu ta' żmien minimu ta' 9 xhur. |
|
3. |
Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 xhur fl-informatika: softwer speċifiku fil-qasam tal-kostruzzjoni/pjanifikazzjoni/manutenzjoni tal-bini. |
|
4. |
Diploma addizzjonali f'wieħed mid-dmirijiet tal-qasam. |
|
5. |
Taħriġ kumplimentari, differenti mid-diploma msemija fil-punt 4 hawn fuq, fil-qasam tal-bini jew ċertifikazzjonijiet/approvazzjonijiet tekniċi relatati mal-qasam. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni finanzjarja fil-qasam tal-ġestjoni tal-proġetti u/jew esperjenza professjonali fil-qasam tas-sejħa għall-offerti (bħala dak li jfassal is-sejħa għall-offerti u/jew l-evalwatur u/jew l-offerent). |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta' tim jew fil-koordinazzjoni tas-servizzi esterni. |
Qasam 3: Arkitettura u rinnovament intern
|
1. |
Esperjenza professjonali addizzjonali ma' dik tat-Taqsima III, il-punt 2.1 ta' mill-inqas sentejn, f'wieħed mid-dmirijiet tal-qasam. |
|
2. |
Esperjenza professjonali fil-qasam tal-istrumenti għad-disinn: ġestjoni elettronika tal-pjanijiet (Disinn Assistit permezz tal-Kompjuter) u tal-mapep (Geographical Information System). |
|
3. |
Esperjenza professjonali fis-sistemazzjoni interna (Interior Design) u esterna. |
|
4. |
Esperjenza professjonali f'qasam ieħor (ara t-Taqsima II) marbuta mal-qasam tat-tekniki tal-bini, ta' perjodu ta' żmien minimu ta' 9 xhur. |
|
5. |
Taħriġ kumplimentari jew esperjenza professjonali ekwivalenti fil-qasam tal-ġestjoni tal-proġetti. |
|
6. |
Taħriġ kumplimentari jew esperjenza professjonali ekwivalenti fil-qasam tal-metodi u l-istrumenti tal-analiżi. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-koordinazzjoni tas-servizzi esterni. |
Qasam 4: Ġestjoni tal-proġetti
|
1. |
Esperjenza professjonali addizzjonali ma' dik tat-Taqsima III, il-punt 2.1 ta' mill-inqas sentejn, f'wieħed mid-dmirijiet tal-qasam. |
|
2. |
Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 xhur fl-informatika: softwer speċifiku fil-qasam tal-kostruzzjoni/pjanifikazzjoni/manutenzjoni tal-bini. |
|
3. |
Esperjenza professjonali ta' mill-inqas sentejn bħala maniġer tal-proġetti, b'mod partikolari f'uffiċċju tal-inġinerija jew tal-arkitettura. |
|
4. |
Esperjenza professjonali f'qasam ieħor (ara t-Taqsima II) marbuta mal-qasam tat-tekniki tal-bini, ta' perjodu ta' żmien minimu ta' 9 xhur. |
|
5. |
Diploma addizzjonali f'wieħed mid-dmirijiet tal-qasam. |
|
6. |
Taħriġ kumplimentari, differenti mid-diploma msemija fil-punt 5 hawn fuq, fil-qasam tal-bini jew ċertifikazzjonijiet/approvazzjonijiet tekniċi relatati mal-qasam. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni finanzjarja fil-qasam tal-ġestjoni tal-proġetti u/jew esperjenza professjonali fil-qasam tas-sejħa għall-offerti (bħala dak li jfassal is-sejħa għall-offerti u/jew l-evalwatur u/jew l-offerent). |
|
8. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta' tim jew fil-koordinazzjoni tas-servizzi esterni. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-kuntratti. |
Qasam 5: Sigurtà u Saħħa/Iġjene
|
1. |
Esperjenza professjonali addizzjonali ma' dik tat-Taqsima III, il-punt 2.1, ta' mill-inqas sentejn, fil-qasam tas-sigurtà u tas-saħħa fix-xogħol. |
|
2. |
Taħriġ kumplimentari fil-qasam tas-sigurtà tal-bini, tas-sigurtà u tas-saħħa fix-xogħol, tal-iġjene (pereżempju: ħaddiem innominat bħala uffiċjal għas-sikurezza, koordinatur tas-sigurtà u s-saħħa, konsulent fil-prevenzjoni). |
|
3. |
Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni tal-istandards speċifiċi fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol. |
|
4. |
Diploma u/jew ċertifikat fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol. |
|
5. |
Esperjenza professjonali f'qasam ieħor (ara t-Taqsima II) marbuta mal-qasam tat-tekniki tal-bini, ta' perjodu ta' żmien minimu ta' 9 xhur. |
Qasam 6: Sigurtà
|
1. |
Esperjenza professjonali addizzjonali ma' dik tat-Taqsima III, il-punt 2.1, ta' mill-inqas sentejn, fil-qasam tal-inġinerija jew tas-sigurtà. |
|
2. |
Taħriġ kumplimentari fil-qasam tas-sigurtà tal-bini. |
|
3. |
Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni tal-istandards speċifiċi fil-qasam tas-sigurtà. |
|
4. |
Diploma fil-qasam tal-inġinerija. |
|
5. |
Ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà. |
|
6. |
Esperjenza professjonali f'qasam ieħor (ara t-Taqsima II) relatata mal-qasam tas-sigurtà, marbuta mal-qasam tat-tekniki tal-bini, ta' perjodu ta' żmien minimu ta' 9 xhur. |
VI. KOMPETIZZJONI ĠENERALI
|
Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati li (5)
inti tiġi mistieden biex tipparteċipa fl-eżamijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni li ġeneralment isiru fi Brussell (6) u li jdumu jum jew jumejn. |
||||||||||||||||||||||||||
|
Inti se tkun soġġett għal tliet tipi ta' evalwazzjoni li l-kontenut huwa vvalidat mill-bord ta' selezzjoni:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Se jiġu ttestjati dawn il-kompetenzi ġenerali skont it-tabella li ġejja: |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Studju ta' każ partikolari |
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista strutturata |
||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
x |
x |
|
||||||||||||||||||||||||
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
||||||||||||||||||||||||
|
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
||||||||||||||||||||||||
|
Tagħlim u żvilupp |
|
x |
x |
||||||||||||||||||||||||
|
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
x |
x |
|
||||||||||||||||||||||||
|
Reżiljenza |
|
x |
x |
||||||||||||||||||||||||
|
Xogħol f'tim |
|
x |
x |
||||||||||||||||||||||||
|
Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c) Lingwa 2 għat-testijiet (d), (e), (f) u (g) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet ta' raġunament
It-testijiet (a), (b) u (c) huma eliminatorji iżda l-marki tagħhom mhux se jkunu miżjuda mal-marki tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Kompetenzi speċifiċi (test (d)) minn 0 sa 100 punt minimu meħtieġ: 50 punt piż: 55 % tal-marka globali Kompetenzi ġenerali (testijiet (e), (f) u (g)) minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali minimu meħtieġ:
piż: 45 % tal-marka globali |
||||||||||||||||||||||||||
VII. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-bord ta selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva
|
||||||
|
Il-listi jitfasslu skont il-qasam u skont l-ordni alfabetiku. |
VIII. KIF TAPPLIKA?
|
Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data tal-għ eluq (inkluża l-validazzjoni): l-1 ta' April 2014 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell |
||
|
Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek (9) il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ġustifikattivi) meta tmur fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Termini: ara l-punt 6.1 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Ara l-Qafas Ewropew ta' Referenza Komuni għall-Ilsna (QERK) — livell minimu meħtieġ: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2
(http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)
(3) Il-kandidati li ma jkunux mistiedna għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni se jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż ta' kull mistoqsija mill-bord ta' selezzjoni.
(4) Din l-informazzjoni tiġi verifikata, abbażi tad-dokumenti ġustifikattivi, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VII, il-punt 1 u t-Taqsima VIII, il-punt 2).
(5) F'każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għall-eżamijiet tal-evalwazzjoni.
(6) Minħabba raġunijiet organizzattivi, it-testijiet ta' raġunament jistgħu jkunu organizzati fiċ-ċentri ta' testijiet fl-Istati Membri, b'mod indipendenti minn eżamijiet oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(7) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.
(8) Fil-każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.
(9) Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO.