|
18.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7160 – Predica/AVIVA France/Saint-Denis building complex)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 46/10)
|
1. |
Fis-7 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni rċeviet, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1), notifika ta' konċentrazzjoni proposta li biha l-impriżi AVIVA France (Franza), tal-grupp AVIVA, u Predica (Franza), tal-grupp Crédit Agricole, jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b), tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-kumpless ta' binjiet “Campus Rimbaud” li jintuża għall-uffiċini (il-“kumpless ta' binjiet”). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7160 – Predica/AVIVA France/Saint-Denis building complex, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.