15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/27


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7144 – Apollo/Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito/Synergy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 44/12)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fil-24 Jannar 2014 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn Apollo Management LP (USA), Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito (Spain) u Synergy Industry and Technology, SA (Spain). Fi 7 Frar 2014, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.