10.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7148 – Borealis Europan Holdings/First State Investments/Fortum Distribution Finland)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 6/08

1.

Fit-3 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Borealis European Holdings BV (“Borealis” ir-Renju Unit) fl-aħħar ikkontrollata minn OMERS Administration Corporation, u First State Investments International Limited (“First State” ir-Renju Unit) fl-aħħar ikkontrollata mill-Commonwealth Bank tal-Awstralja jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-assi għad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-grupp Forum Oyj (Fortum Sähkönsiirto Oy (“FSS”), Fortum Espoo Distribution Oy (“FED”) u Fortum Meter Lease SNC (“FML”), flimkien magħrufa bħala “Fortum Distribution Finland” il-Finlandja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Borealis tamministra b'mod esklussiv l-infrastruttura ta' OMERS Administration Corporation u hija waħda mill-akbar investituri fl-infrastruttura fid-dinja u minn quddiem globalment fl-iżvilupp tal-investiment fl-infrastruttura bħala klassi tal-assi għall-investituri istituzzjonali,

First State hija negozju globali għall-ġestjoni tal-assi li tiġġestixxi l-investimenti f'isem, fost oħrajn, investituri istituzzjonali oħrajn u fondi tal-pensjoni,

Fortum Distribution Finland hija d-distributur ewlieni tal-elettriku fil-Finlandja. In-netwerks tagħha tad-distribuzzjoni jinsabu fit-Tramuntana, fil-Punent u fin-Nofisnhar tal-Finlandja kif ukoll fil-belt ta' Joensuu. Hija attiva wkoll fil-kera tal-arloġġ tal-elettriku fil-Finlandja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7148 – Borealis Europan Holdings/First State Investments/Fortum Distribution Finland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).