20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/27


SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA 24/13

Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni tal-ICI

Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja u t-Taħriġ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun, kif ukoll l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

Sejħa għal Proposti 2013 għal Proġetti ta’ Mobbiltà Konġunta (JMP) u Proġetti ta’ Grad Konġunt (JDP)

2013/C 373/10

1.   Objettivi u deskrizzjoni

L-objettiv ġenerali huwa li jisaħħaħ il-fehim reċiproku bejn in-nies tal-UE u l-Pajjiżi Msieħba inkluż għarfien usa’ tal-lingwi, tal-kulturi u tal-istituzzjonijiet tagħhom u li tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u t-taħriġ fl-UE u l-Pajjiżi Msieħba.

2.   Applikanti eliġibbli

Is-sejħa li ġejja hija miftuħa għal konsorzju ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u/jew istituzzjonijiet vokazzjonali u ta’ taħriġ post sekondarju.

L-applikanti eliġibbli għandhom ikunu minn wieħed mill-Pajjiżi Msieħba u minn wieħed mit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Jeżistu żewġ tipi ta’ azzjonijiet taħt din is-sejħa, li huma l-Proġetti ta’ Mobbiltà Konġunta (JMP) u l-Proġetti ta’ Grad Konġunt (JDP).

Għall-Proġetti ta’ Mobbiltà Konġunta (JMP) jingħata appoġġ biex il-konsorzji ta’ istituzzjonijiet vokazzjonali u ta’ taħriġ post sekondarju jew ta’ edukazzjoni għolja ta’ Pajjiżi Msieħba fl-UE, iwettqu studju konġunt u programmi ta’ taħriġ u jimplimentaw il-mobbiltà tal-istudenti u tal-fakultà. L-appoġġ jinkludi finanzjament f’somma f’daqqa għall-amministrazzjoni, l-għotjiet għall-istudenti u l-membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv. Konsorzju li japplika għal Proġett ta’ Mobbiltà Konġunta għandu jinkludi tal-anqas 2 istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali post sekondarju jew ta’ edukazzjoni għolja minn 2 Stati Membri differenti tal-UE u tal-anqas 2 minn dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu mill-Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu tal-proġetti JMP huwa ta’ 36 xahar. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-proġetti li jinkludu apprendistati u esperjenzi ta’ xogħol.

Għall-Proġetti ta’ Grad Konġunt (JDP) jingħata appoġġ biex jiġu żviluppati u implimentati programmi doppji jew ta’ grad konġunt. L-appoġġ jinkludi finanzjament f’somma f’daqqa għax-xogħol ta’ żvilupp u ta’ amministrazzjoni, l-għotjiet għall-istudenti u l-membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv. Konsorzju li japplika għal Proġett ta’ Grad Konġunt bejn l-ICI u l-ECP għandu jinkludi tal-anqas 2 istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja minn 2 Stati Membri differenti tal-UE u tal-anqas 2 minn dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu mill-Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu tal-proġetti JDP huwa ta’ 48 xahar. Sejra tingħata attenzjoni speċjali lill-applikazzjonijiet għall-Proġetti ta’ Grad Konġunt.

L-attivitajiet huma ppjanati li jibdew f’Ottubru 2014.

4.   Kriterji tal-għoti

A.

Sinifikat tal-proġett għar-relazzjoni bejn l-UE u l-Pajjiżi Msieħba u l-kontribut lejn il-kwalità u l-eċċellenza (20 %) sejjer jiġi stabbilit minn:

(a)

Ir-rilevanza tal-proposta għall-objettivi tas-sejħa u għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pajjiż Imsieħeb

(b)

Il-kontribut tal-proġett lejn il-kwalità edukattiva, l-eċċellenza u l-innovazzjoni fil-qasam tiegħu

B.

Il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proġett (80 %) sejra tiġi stabbilita minn:

(c)

Il-ġestjoni tal-isħubija u l-kooperazzjoni fost l-imsieħba

(d)

L-iskema tal-mobbiltà tal-istudenti

(e)

L-arranġamenti għat-trasferiment u l-għarfien tal-krediti akkademiċi

(f)

L-akkoljenza tal-istudenti u l-fakultà, servizzi tal-istudenti, il-preparazzjoni lingwistika u kulturali

(g)

L-iskema tal-mobbiltà tal-fakultà

(h)

Pjan ta’ evalwazzjoni

(i)

Pjan ta’ disseminazzjoni

(j)

Pjan ta’ sostenibbiltà

5.   Baġit

Il-baġit tal-UE disponibbli huwa ta’ madwar Eur 2,2 miljuni. Sejrin jingħataw fondi komparabbli mill-Pajjiżi Msieħba skont ir-regoli applikabbli għal kull wieħed minnhom (1).

L-ammont massimu ta’ finanzjament min-naħa tal-UE sejjer ikun ta’ Eur 350 000 għal proġett JDP ta’ erba’ snin b’żewġ istituzzjonijiet tal-UE jew aktar u Eur 190 000 għal proġett JMP ta’ tliet snin b’żewġ istituzzjonijiet tal-UE jew Eur 197 500 għal proġett JMP ta’ tliet snin bi tliet istituzzjonijiet tal-UE jew aktar.

6.   Skadenza

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi kemm lill-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet ta’ implimentazzjoni fl-Awstralja (Gvern Awstraljan – Dipartiment tal-Edukazzjoni), il-Ġappun (l-Organizzazzjoni tas-Servizzi tal-Istudenti tal-Ġappun – JASSO), u fir-Repubblika tal-Korea (Fondazzjoni għar-Riċerka Nazzjonali tal-Korea – NRF).

Din l-applikazzjoni f’isem l-istituzzjoni ewlenija tal-UE għandha tintbagħat lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2014. L-applikazzjonijiet li jkollhom timbru wara din id-data mhumiex sejrin jitqiesu. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

The Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

EU-ICI ECP Call for proposals 24/13

BOUR 02/17

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet tal-UE f’isem l-istituzzjoni ewlenija tal-UE għandhom jiġu sottomessi fil-forma korretta, mimlija kif xieraq, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li jorbtu legalment f’isem l-organizzazzjoni applikanta u datata.

L-applikazzjonijiet Awstraljani u d-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata lil:

The Director, Strategic Policy, Europe & Americas

International and Infrastructure Group

Department Education

GPO Box 9880

Canberra ACT 2601

AUSTRALIA

L-applikazzjonijiet Ġappuniżi u d-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata lil:

Tetsuya Yamamoto

Director

Student Exchange Support Division

Student Exchange Department

Japan Student Services Organisation (JASSO)

2-2-1 Aomi, Koto-ku

Tokyo 135-8630

JAPAN

L-applikazzjonijiet Koreani: https://ernd.nrf.re.kr/index.do

7.   Aktar informazzjoni

Il-Linji Gwida u l-formoli ta’ applikazzjoni huma disponibbli minn din il-websajt li ġejja:

http://eacea.ec.europa.eu/bilateral_cooperation/eu_ici_ecp/index_en.php

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola mogħtija u għandhom jinkludu l-annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


(1)  Il-proġetti konġunti sejrin jiġu ffinanzjati skont id-disponibbiltà tal-baġit fil-pajjiż membru inkwistjoni.