26.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7087 – Vitol/Carlyle/Varo)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 345/10
1. |
Fit-18 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Fondi ġestiti minn The Carlyle Group (“Carlyle”) mill-Istati Uniti, jiksbu l-kontroll konġunt, skont it-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ta' Varo Energy Holding SA (“Varo”) mill-Isvizzera. Varo hija bħalissa – u se tibqa' – ikkontrollata indirettament b'mod konġunt mill-Grupp Vitol BV (“Vitol Group”) mill-Pajjiżi l-Baxxi. Barra minn hekk, bħala parti minn din it-tranżazzjoni, Varo għandha l-intenzjoni li takkwista ċerti kumpaniji oħra mill-grupp Vitol fil-Ġermanja. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7087 – Vitol/Carlyle/Varo, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).