23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7107 – Cordes & Graefe/Pompac/Comafranc)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 343/07

1.

Fit-18 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha: l-impriża Cordes & Graefe KG (il-Ġermanja), il-kumpanija possedenti tal-Grupp Cordes & Graefe, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Pompac SA (Franz) u ta' Comafranc SA (Franza), il-kumpaniji possedenti tal-Grupp Pompac, permezz ta' akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-Grupp Cordes & Graefe-Gruppe joffri, bħala grossista, servizzi u prodotti fil-firxa kollha ta' prodotti domestiċi użati fl-oqsma tal-kmamar tal-banju u l-iġjene, it-tisħin, l-arja kundizzjonata, l-elettriku, id-drenaġġ, is-soqfa kif ukoll l-inġinerija ċivili u t-teknika industrijali. L-attivitajiet tiegħu huma kkonċentrati fil-Ġermanja,

Il-Grupp Pompac huwa grossista attiv fil-partijiet kollha ta' Franza għal prodotti fl-oqsma tal-kmamar tal-banju u l-iġjene, it-tisħin, il-madum u l-elettriku. Barra minn dan l-impriża hija wkoll attiva fil-qasam tal-materjal għall-kostruzzjoni fil-Lvant ta' Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7107 – Cordes & Graefe/Pompac/Comafranc, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).