22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7073 – KKR/Arle Capital/Hilding Anders)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 342/08

1.

Fil-15 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KKR & Co. LP (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Arle Capital Partners Limited (“Arle Capital”, ir-Renju Unit) jakkwistaw, skont it-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Hilding Anders Midco AB (“Hilding Anders”, l-Isvezja), li qabel kienet ikkontrollata unikament minn Arle Capital, b’mezzi oħra.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal KKR: il-fornitura ta’ firxa wiesgħa ta' servizzi alternattivi ta' ġestjoni ta' assi lill-investituri tas-suq pubbliku u privat u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq ta' kapital għall-impriża, il-kumpaniji ta' portafoll u l-klijenti tagħha,

għal Arle Capital: ditta ta’ ekwità privata li tamministra portafoll diversifikat ta’ investimenti bi kwartjieri ġenerali fl-Ewropa,

għal Hilding Anders: l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tas-sodod, tas-saqqijiet u ta' prodotti relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7073 – KKR/Arle Capital/Hilding Anders, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).