26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/5


L-Awla tal-Appell

2013/C 313/09

Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Awla tal-Appell ser tkun komposta, għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016, mill-President tal-Qorti Ġenerali u, skont sistema ta’ rotazzjoni, minn żewġ Presidenti ta’ awla jew, meta l-Viċi-President jissejjaħ fil-kulleġġ ġudikanti, mill-Viċi-President u minn President ta’ Awla.

L-imħallfin sedenti mal-President tal-Awla tal-Appell sabiex jifformaw il-kulleġġ estiż ta’ ħames Imħallfin huma t-tliet imħallfin tal-kulleġġ li lilu tkun ġiet assenjata inizjalment il-kawża u, skont sistema ta’ rotazzjoni, żewġ Presidenti ta’ awla jew, meta l-Viċi-President jissejjaħ fil-kulleġġ ġudikanti, mill-Viċi-President u minn President ta’ Awla.