| 11.9.2013 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 262/5 | 
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7009 – Holcim/Cemex West)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 262/04
| 1. | Fit-3 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Holcim Beteiligungs GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Holcim Ltd (“Holcim”, l-Isvizzera), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' partijiet tal-attivitajiet tal-Grupp Cemex (“Cemex”, il-Messiku) fis-siment, konkrit mħallat lest, aggregati u materjali bis-siment fil-Ġermanja tal-Punent, inkluż għadd żgħir ta' impjanti u siti li jinsabu fi Franza u fil-Pajjiżi l-Baxxi (flimkien “Cemex West”), permezz tax-xiri ta' ishma. | 
| 2. | L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: 
 
 | 
| 3. | Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. | 
| 4. | Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7009 – Holcim/Cemex West, fl-indirizz li ġej: 
 | 
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).