31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7012 – JBS/Seara/Zenda)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 251/05

1.

Fit-22 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża JBS SA (il-Brażil), li hija kkontrollata b'mod indirett mill-familja Battista, takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriżi Seara Holding (Europe) BV (il-Pajjiżi l-Baxxi), Secculum Participações Ltda (il-Brażil), União Frederiquense Participações (il-Brażil), Baumhardt Com. e Part. Ltda (il-Brażil), Excelsior Alimentos SA (il-Brażil), Athena Alimentos SA (il-Brażil) (flimkien msemmija “Seara”) u Columbus Netherlands BV (“Zenda”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

JBS SA hija attiva fil-produzzjoni ta' prodotti tal-laħam taċ-ċanga, tal-ġlud u partijiet oħrajn tal-bovini, kif ukoll ikel lest għall-konsum fil-Brażil, l-Arġentina, l-Istati Uniti u l-Awstralja. JBS għnadha wkoll attivitajiet fil-laħam tal-majjal u tat-tjur. Tesporta l-prodotti tagħha, fost oħrajn lejn iż-ŻEE,

Seara hija attiva primarjament fit-trobbija tat-tiġieġ u tal-ħnieżer għall-qatla u fil-produzzjoni ta' prodotti primarji u pproċessati tat-tiġieġ u tal-majjal fil-Brażil. Seara tesporta tiġieġ primarju u ċerti tiġieġ ipproċessati lejn iż-ŻEE,

Zenda hija attiva fl-industrija tal-ġlud, tipproduċi ġilda għall-użu f'bosta setturi, inklużi fl-inġenji tal-ajru, tal-awtomobbli, tal-għamara u taż-żraben.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7012 – JBS/Seara/Zenda, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).