24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6960 – SNCF/COMSA-EMTE/CRT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 244/04

1.

Fis-16 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Grupp SNCF (“SNCF”, Franza) u COMSA-EMTE T&L, S.L. (“COMSA-EMTE”, Spanja), parti mill-Grupp COMSA-EMTE (Spanja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' COMSA Rail Transport, S.A.U. (“CRT”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SNCF: trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija (trasport reġjonali u fit-tul), servizzi ta' infrastruttura u inġinerija fi Franza u pajjiżi Ewropej oħrajn u firxa sħiħa ta' trasport tal-merkanzija u soluzzjonijiet loġistiċi fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha,

għal COMSA-EMTE: kumpanija azzjonarja tat-taqsima tat-trasport tal-Grupp COMSA-EMTE, grupp Spanjol attiv fis-settur tal-infrastruttura, il-bini u t-teknoloġija, kif ukoll sistemi u inġinerija, u servizzi ambjentali u tal-enerġija rinnovabbli,

għal CRT: sussidjarja ta' COMSA-EMTE li tipprovdi trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, ġbid bil-ferrovija, trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u servizzi oħrajn relatati mat-trasport, inklużi ċaqliq u mmaniġġar ta' kontejners fit-terminals tal-ferrovija, u konsulenza ta' trasport bil-ferrovija u tal-inġinerija tat-trasport primarjament fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6960 – SNCF/COMSA-EMTE/CRT, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).