22.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6990 – Vodafone/Kabel Deutschland)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 241/11

1.

Fis-16 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vodafone Group Plc. (“Vodafone”, ir-Renju Unit) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Kabel Deutschland Holding AG (“KDG”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Vodafone: l-operat ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjoni bil-mowbajl; il-provvista ta’ servizzi relatati ta’ telekomunikazzjonijiet, inkluż it-telefonija bil-leħen u servizzi tal-internet,

għal KDG: il-provvista ta’ servizzi tat-TV u tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż it-telefonija bil-leħen u servizzi tal-Internet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6990 – Vodafone/Kabel Deutschland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).