31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/9


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 219/06

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: l-Innu Nazzjonali tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq in-naħa tal-lemin tal-parti ta’ ġewwa tagħha, il-munita turi xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn ix-xellug, u fuq in-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa n-notazzjoni mużikali kif ukoll it-test tal-innu nazzjonali. It-test “Ons Heemecht” jidher fil-parti ta' fuq tan-naħa ta’ ġewwa u isem il-pajjiż tal-ħruġ “LËTZEBUERG” kif ukoll is-sena “2013”, bil-marka taz-zekka fil-ġenb u l-inizjali tas-suprintendent taz-zekka fil-parti t’isfel tan-naħa ta’ ġewwa tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 1,4 miljun

Id-data tal-ħruġ: Settembru 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).