9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6934 – Norges Bank/Generali/Group of buildings in Paris)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 196/06

1.

Fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża NBIM Clement SCI, indirettament sussidjarja bi sjieda sħiħa ta’ Norges Bank (in-Norveġja), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' SCI Pasquier, SCI Malesherbes, SCI Daumesnil, SCI 15 Scribe and SAS 100 CE, (flimkien “The Target”, Franza) flimkien ma’ Assicurazioni Generali (l-Italja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-grupp Norges Bank huwa l-bank ċentrali Norveġiż, responsabbli wkoll għall-ġestjoni tar-riservi barranin tan-Norveġja u l-Government Pension Fund Global (il-fond ta' pensjoni pubbliku),

Assicurazioni Generali huwa grupp tal-assigurazzjoni,

The Target tikkonsisti f’ħames proprjetajiet f’Pariġi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6934 – Norges Bank/Generali/Group of buildings in Paris, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).