|
5.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 194/1 |
Pubblikazzjoni ta' avviż ta' post battal għal Pożizzjoni ta' Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, fi Brussell
(Aġent Temporanju — Grad AD 14)
COM/2013/10337
(2013/C 194 A/01)
Min aħna:
L-Impriża Konġunta SESAR (IKS), sħubija pubblika-privata fil-forma ta' korp tal-UE, inħolqot taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea fis-27 ta' Frar 2007 biex tamministra b'effiċjenza l-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u validazzjoni tal-Proġett SESAR. L-IKS għandha rwol vitali fil-Proġett SESAR għax tbiddel il-kunċetti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (air traffic management — ATM) minn ideat għal-livell xieraq ta' maturità u mobilizzazzjoni. Permezz tal-proċessi kollaborattivi ta' riċerka, żvilupp u validazzjoni, hija tipproduċi materjal għall-mobilizzazzjoni u fl-istess ħin tiddefinixxi/tirfina l-ħtiġijiet għal evoluzzjoni ulterjuri tas-sistema tal-ATM tal-Unjoni billi taġġorna il-Pjan Regolatorju tal-ATM.
Il-missjoni tal-IKS hija li tiżgura l-modernizzazzjoni tas-sistema tal-ATM Ewropea billi jiġu kkoordinati u kkonċentrati l-isforzi rilevanti kollha tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Unjoni Ewropea. Hija responsabbli għall-eżekuzzjoni u ż-żamma tal-Pjan Regolatorju tal-ATM u b'mod partikolari għat-twettiq tal-kompiti li ġejjin:
|
— |
torganizza u tikkoordina l-attivitajiet ta' żvilupp tal-Proġett SESAR, skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM billi tikkombina u tamministra l-finanzjament mis-settur pubbliku u privat taħt struttura unika; |
|
— |
tiżgura l-finanzjament meħtieġ għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-Proġett SESAR skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM; |
|
— |
tiżgura l-involviment tal-partijiet interessati tas-settur tal-ATM fl-Ewropa, b'mod partikolari: il-fornituri tas-servizzi ta' navigazzjoni fl-ajru; l-utenti tal-ispazju tal-ajru; l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-persunal; l-ajruporti; u l-industrija tal-manifattura; kif ukoll l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew il-komunità xjentifika rilevanti; |
|
— |
torganizza l-ħidma teknika ta' riċerka u żvilupp, il-validazzjoni u l-istudji li għandhom jitwettqu taħt l-awtorità tagħha filwaqt li tevita l-frammentazzjoni ta' tali attivitajiet; |
|
— |
tiżgura s-superviżjoni tal-attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta' prodotti komuni identifikati kif dovut fil-Pjan Regolatorju tal-ATM u jekk ikun meħtieġ, torganizza sejħiet speċifiċi għall-offerti. |
L-IKS hija bbażata fi Brussell u għandha żewġ membri fundaturi: l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea; u l-Organizzazzjoni Eurocontrol, irrappreżentata mill-Aġenzija tagħha. Hija tinkludi wkoll ħmistax-il membru ieħor, inklużi l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni fl-ajru, l-industrija tal-manifattura fuq l-art u fl-ajru, il-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti. Is-sħab assoċjati tal-membri tal-IKS u s-Sħab Assoċjati tal-IKS jikkomplementaw u jikkompletu l-għarfien espert li jġibu magħhom il-membri tal-IKS f'oqsma speċifiċi tal-ATM. L-IKS għandha total ta' 41 impjegat. Timmaniġġa baġit ta' EUR 2.1 biljun. Il-programm ta' ħidma tal-IKS huwa attwalment kopert b'aktar minn 300 proġett imwettqa mill-membri u s-sħab assoċjati tagħha.
L-IKS hija rregolata minn Bord Amministrattiv u d-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv attwali se jtemm il-funzjonijiet tiegħu fl-1 ta' Settembru 2013.
Skont ir-Regolament tal-istabbiliment tagħha, l-IKS għandha twaqqaf l-attivitajiet tagħha fil-31 ta' Diċembru 2016, ħlief jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jestendi t-tul tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea dalwaqt se tressaq proposta leġiżlattiva bl-għan li jitkomplew l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR, bil-kamp ta' applikazzjoni attwali tagħha, taħt il-Programm Orizzont 2020 sal-31 ta' Diċembru 2024. Id-deċiżjoni finali dwar l-estensjoni tal-IKS hija mistennija matul l-2014, iżda diġà għaddejja konsultazzjoni sħiħa fuq il-prinċipju tal-estensjoni.
Aktar informazzjoni dwar l-attività tal-IKS hija disponibbli fuq: http://www.sesarju.eu.
X'nipproponu:
Id-Direttur Eżekuttiv huwa r-rappreżentant legali tal-IKS u għandu jwieġeb għall-Bord Amministrattiv tal-IKS. Id-Direttur Eżekuttiv se jmexxi u jimmaniġġa l-IKS u jassumi r-responsabbiltà globali għall-operazzjonijiet tagħha filwaqt li jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tal-IKS.
Ir-responsabbiltajiet speċifiċi tad-Direttur Eżekuttiv jinkludu:
|
— |
il-kisba tal-għanijiet tal-IKS stabbiliti mill-Bord Amministrattiv tal-IKS; |
|
— |
il-ġestjoni ta' kuljum tal-attivitajiet tal-IKS, l-organizzazzjoni u s-superviżjoni tagħhom; |
|
— |
l-impjegar, il-ġestjoni u s-superviżjoni tal-persunal tal-IKS; |
|
— |
it-tressiq ta' proposti lill-Bord Amministrattiv dwar il-iskema tal-organizzazzjoni; |
|
— |
it-tfassil u l-aġġornament regolari tal-programmi ta' ħidma globali u annwali tal-IKS, inkluża stima dwar l-ispejjeż tal-programm, u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv; |
|
— |
it-tfassil tal-abbozz tal-baġit annwali skont ir-Regoli Finanzjarji tal-IKS, inkluż il-pjan ta' stabbiliment tal-persunal, u jressaqhom lill-Bord Amministrattiv; |
|
— |
l-iżgurar li jitwettqu l-obbligi tal-IKS fir-rigward tal-kuntratti u l-ftehimiet konklużi minnu; |
|
— |
l-iżgurar li l-attivitajiet tal-IKS jitwettqu b'indipendenza sħiħa u mingħajr kwalunkwe kunflitt ta' interess; |
|
— |
it-tfassil tar-rapport annwali dwar il-progress tal-Proġett SESAR u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, u tali rapporti oħrajn li jistgħu jintalbu mill-Bord Amministrattiv, u jippreżentahom lil dan tal-aħħar; |
|
— |
it-tressiq lill-Bord Amministrattiv ta' kwalunkwe proposta li tinvolvi tibdiliet fit-tfassil tal-Proġett SESAR; |
|
— |
l-istabbiliment u l-faċilitazzjoni ta' relazzjonijiet aktar mill-qrib fuq xogħol u ta' koperazzjoni mal-Membri Fundaturi u l-Membri tal-IKS, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-partijiet interessati, kif xieraq, skont il-programm ta' ħidma tal-IKS; |
|
— |
il-komunikazzjoni diretta u indiretta mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-missjoni tal-IKS. |
Qegħdin infittxu (kriterji għall-għażla):
Tingħata preferenza lill-kandidati li jkollhom:
a) Esperjenza maniġerjali, u b'mod partikolari:
|
— |
kapaċità ppruvata fil-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' proġetti kbar; |
|
— |
kapacità ppruvata fil-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji, l-iżgurar ta' ġestjoni finanzjarja soda u l-kontroll intern f'kuntest nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali; |
|
— |
gudizzju sod u suċċess ippruvat f'pożizzjoni maniġerjali, b'mod partikolari l-abbiltà li jmexxu, jistabbilixxu l-għanijiet, jimmotivaw u jiżviluppaw timijiet sal-ogħla livell tal-potenzjal tagħhom. |
L-esperjenza miksuba f'ambjent multikulturali u multilingwu tkun ta' vantaġġ.
b) Għarfien tekniku, u b'mod partikolari:
|
— |
fehim tajjeb ħafna tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ta' kif joperaw u jinteraġixxu; |
|
— |
għarfien sod u esperjenza fil-politika tat-trasport Ewropea u internazzjonali, b'mod partikolari l-politika tal-avjazzjoni; |
|
— |
fehim tajjeb tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-ATM u l-iżviluppi fil-kuntest internazzjonali jkun ta' vantaġġ, b'mod partikolari l-Proġett SESAR; |
|
— |
ftehim u esperjenza fil-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati u l-fehim tal-ħtiġijiet u l-limitazzjonijiet kummerċjali tal-partijiet interessati ikun ukoll ta' vantaġġ. |
c) Ħiliet fil-komunikazzjoni u n-negozjar, u b'mod partikolari:
|
— |
abbiltà ppruvata li jikkomunikaw b'mod effiċjenti u mexxej fil-livell kollha, b'mod trasparenti u miftuħ, mal-partijiet interessati u mal-pubbliku; |
|
— |
ħiliet interpersonali, ta' teħid ta' deċiżjonijiet, organizzattivi u ta' negozjar eċċellenti u l-abbiltà li jibnu relazzjonijiet ta' ħidma fdati mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u mal-partijiet interessati; |
|
— |
għarfien sod tal-Ingliż miktub u mitkellem. |
L-għarfien tal-Franċiż u/jew tal-Ġermaniż ikun ta' vantaġġ.
Il-kandidati jridu (il-kriterji tal-eliġibbiltà):
Il-kandidati jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla fuq il-bażi tal-kriterji formali li ġejjin li jridu jkunu ssodisfati sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:
|
— |
Nazzjonalità: Il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Eurocontrol; |
|
— |
Lawrea universitarja jew diploma: Il-Kandidati jridu jkollhom jew:
|
|
— |
Esperjenza professjonali: jeħtieġ li l-kandidati:
|
|
— |
Lingwi: ikollhom għarfien sod ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni (2) u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa uffiċjali oħra; |
|
— |
Limitu tal-età: ikunu jistgħu jlestu, sad-data tal-għeluq tal-applikazzjoni, il-mandat sħiħ ta' tliet snin jew tal-inqas sal-ewwel data ta' skadenza attwali tal-IKS, qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar. Għall-persunal temporanju tal-Unjoni Ewropea, l-età tal-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq il-65 sena. |
L-indipendenza u d-dikjarazzjoni tal-interessi
Id-Direttur Eżekuttiv jiġi mitlub jagħmel dikjarazzjoni ta' impenn li se jaġixxi b'mod indipendenti fl-interess pubbliku. Il-kandidati jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu hekk fl-applikazzjoni tagħhom.
Minħabba n-natura partikolari tal-funzjonijiet, il-kandidati jridu jissottomettu flimkien mal-applikazzjoni tagħhom dikjarazzjoni fir-rigward tal-interessi kurrenti jew futuri li jistgħu jitqiesu ta' preġudizzju għall-indipendenza tiegħu/tagħha.
L-għażla u l-ħatra
Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija tal-IKS fuq proposta mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea twaqqaf bord ta' qabel l-għażla, li fih rappreżentant tal-Bord Amministrattiv tal-IKS, minbarra l-Kummissjoni Ewropea, jipparteċipa bħala osservatur. Dan il-bord janalizza l-applikazzjonijiet kollha u jidentifika għadd ta' kandidati li għandhom l-aħjar profil fid-dawl tal-kriterji tal-għażla msemmija hawn fuq. Dawn il-kandidati jiġu mistiedna għal intervista mal-bord ta' qabel l-għażla.
Wara l-intervisti, il-bord ta' qabel l-għażla jfassal il-konklużjonijiet tiegħu u jipproponi lista ta' kandidati għal aktar intervisti mal-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatriet tal-Kummissjoni Ewropea (KKĦ). Il-Kandidati msejħa għal intervista mal-KKĦ jintalbu wkoll biex jipparteċipaw fiċ-ċentru ta' valutazzjoni għal ġurnata sħiħa mmexxi minn esperti esterni tar-riżorsi umani. Fuq il-bażi tal-intervista u tar-riżultati fir-rapport miċ-ċentru ta' valutazzjoni, il-KKĦ jistabbilixxi lista qasira tal-kandidati li jqis xierqa biex jaqdu l-funzjonijiet ta' Direttur Eżekuttiv.
Din il-lista qasira tintbagħat lill-Membru relevanti tal-Kummissjoni Ewropea li jkun se jintervista lill-kandidati.
Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad tadotta lista qasira tal-kandidati l-aktar xierqa, li tiġi kkomunikata lill-Bord Amministrattiv tal-IKS. Dan tal-aħħar jista' jintervista lill-kandidati ta' fuq il-lista mqassra. Sussegwentement dan jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. L-inklużjoni fil- lista qasira tal-Kummissjoni mhijiex garanzija tal-ħatra.
Opportunitajiet indaqs
L-IKS tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u ta' non-diskriminazzjoni skont l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (3).
Il-Kundizzjonijiet tal-impjieg
Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar fil-grad AD 14 bħala Aġent Temporanju, skont l-Artikoli 2a u 10 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Skont r-Regolament tal-IKS, it-tul tal-mandat tiegħu/tagħha huwa għal perjodu ta' tliet snin li jista' jiġi mġedded darba għal perjodu ieħor ta' erba' snin. Madankollu, sakemm it-tul tal-IKS ma jiġix estiż, il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv ma jistax jaqbeż it-tul ta' żmien attwali tal-IKS, li huwa stabbilit mir-Regolament tal-istabbiliment tagħha bħala l-31 ta' Diċembru 2016.
Il-kandidati għandhom ikunu jafu bir-rekwiżit, skont il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għal Uffiċjali Oħra, li kull membru ġdid tal-persunal irid itemm b'suċċess perjodu ta' prova.
Il-post tal-impjieg huwa Brussell, fejn hija bbażata l-IKS.
Il-proċedura tal-applikazzjoni
Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b'attenzjoni jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà kollha, b'mod partikolari rigward it-tipi ta' diploma u l-esperjenza professjonali meħtieġa.
Jekk trid tapplika, trid tapplika permezz tal-Internet billi tmur fil-websajt
https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
u ssegwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura.
Trid tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek fil-ħin (4). Nirrakkomandaw bil-qawwa li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex konġestjoni kbira fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni onlajn tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b'hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, ma tkunx tista' tapplika. Bħala regola ġenerali, ir-reġistrazzjoniet bil-posta elettronika normali li jaslu tard ma jiġux aċċettati.
Irid ikollok indirizz tal-posta elettronika validu. Dan l-indirizz jintuża biex jiġi kkonfermat il-ħolqien tal-kont tiegħu u biex tinżamm infurmat bl-eżitu tal-proċedura tal-għażla. Jekk jogħġbok informa lill-Kummissjoni Ewropea f'każ li l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek jinbidel.
Trid ittella' CV fil-format WORD jew PDF, u tinkludi ittra ta' motivazzjoni onlajn (massimu ta' 8 000 karattru).
Kemm is-CV kif ukoll l-ittra għandhom ikunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.
Meta titlesta l-applikazzjoni tiegħek, inti tirċievi numru ta' reġistrazzjoni; jekk jogħġbok żomm dan in-numru, peress li dan jintuża għal kuntatti ulterjuri matul il-proċedura tal-għażla. Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess tal-applikazzjoni jkun intemm — huwa konferma li tkun irreġistrajt id-dejta tiegħek b'mod korrett.
Jekk ma tirċievix numru ta' reġistrazzjoni, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Jekk jogħġbok innota li mhuwiex possibbli li timmonitorja l-progress tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. Inti tiġi kkuntattjat dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek direttament. Il-proċess tal-għażla, inkluża l-korrispondenza mal-bordijiet tal-għażla matul din il-proċedura tal-għażla isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż (5).
Jekk għandek diżabbiltà li ma tippermettilekx tirreġistra onlajn, tista' tibgħat l-applikazzjoni tiegħek (is-CV u l-ittra ta' motivazzjoni) fuq karta bil-posta rreġistrata (6) , b'timbru postali b'data li ma tkunx aktar tard mid-data meta tagħlaq ir-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni tkun bil-posta. F'dan il-każ, mas-CV u l-ittra ta' motivazzjoni tiegħek għandek tehmeż ċertifikat li jiċċertifika d-diżabbiltà tiegħek, maħruġ minn entità rikonoxxuta. Għandek issemmi wkoll, fuq karta separata, kwalunkwe arranġamenti speċjali li taħseb li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċess tal-għażla.
Jekk teħtieġ aktar informazzjoni u/jew tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil HR-A2-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu
Id-data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-5 ta' Settembru 2013. Ir-reġistrazzjoni onlajn ma tkunx possibbli wara nofsinhar (12.00), ħin ta' Brussell.
Il-protezzjoni tad-dejta personali
Il-Kummissjoni Ewropea (matul il-fażi preparatorja) u iżjed tard l-IKS, jiżguraw li d-dejta personali tal-kandidati tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (7).
(1) Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw tal-inqas għal dawn il-ħames snin li fihom kisbu l-esperjenza maniġerjali ta' livell għoli: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) l-għadd ta' membri tal-persunal li kienu jieħdu ħsieb f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits immaniġġati, u (4) l-għadd ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u l-għadd ta' kollegi pari.
(2) http://ec.europa.eu/languages/languages-of-europe/eu-languages_en.htm
(3) ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1; http://ec.europa.eu/civil_service/docs/toc100_en.pdf
(4) Mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00), ħin ta' Brussell, tal-5 ta' Settembru 2013.
(5) Il-bordijiet tal-għażla jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ mhux xieraq lill-kelliema nattivi tal-lingwi tal-proċedura tal-għażla.
(6) European Commission, Directorate-General for Human Resources and Security, Unit for Executive Staff and CCA Secretariat, COM/2013/10337, SC11 8/59, B-1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België.