29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/13


Sejħa għal proposti skont il-Programmi ta' Ħidma tal-2013 tas-Seba' Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta' Dimostrazzjoni

2013/C 187/11

B’dan qed tingħata notifika tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti skont il-Programmi ta’ Ħidma ta' Kooperazzjoni tal-2013 tas-Seba’ Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja. Id-dati ta' skadenza u l-baġit huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huma ppubblikati fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Programm Speċifiku ta' Kooperazzjoni:

Suġġett

Identifikatur tas-Sejħa

2.

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd u l-Bijoteknoloġija

FP7-KBBE-2013-FEEDTRIALS

Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4536 tad-9 ta’ Lulju 2012 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 3953 tas-27 ta’ Ġunju 2013.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programmi ta’ ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jippreżentaw il-proposti jinsabu disponibbli fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/research/participants/portal).