22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6959 – Onex/JELD-WEN)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 177/06

1.

Fis-17 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-Regolament dwar l-Għaqdiet) li permezz tagħha l-impriża Onex Corporation (“Onex”, il-Kanada) takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża JELD-WEN Holding, inc. (“JELD-WEN”, l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz ta' xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Onex hija korporazzjoni bbażata fil-Kanada elenkata fil-borża ta' Toronto li tinvesti f'kumpaniji f'għadd kbir ta' setturi industrijali permezz ta' għadd ta' fondi ta' ekwità privata, inkluża Onex Partners LP, Onex Partners II LP, Onex Partners III LP, ONCAP II LP u ONCAP III LP. Bħalissa Onex għandha l-kontroll konġunt ta' JELD-WEN,

JELD-WEN hija manifattur u distributur globali, bbażata fl-Istati Uniti, tat-twieqi u tal-bibien. Il-prodotti ta' JELD-WEN jinkludu linja sħiħa ta' bibien u twieqi kif ukoll prodotti magħmula mill-injam (millwork) u prodotti relatati għall-bini li huma mibjugħa lil firxa wiesgħa ta' klijenti għall-użu f'bini ġdid, rinnovazzjoni, u swieq kummerqjali tad-dawl. Il-portafoll globali tal-prodotti ta' JELD-WEN jinkludi bibien interni standard u speċjali u settijiet ta' bibien ta' prestazzjoni għolja, settijiet ta' bibien għall-estern, aċċessorji għas-soluzzjonijiet tal-bibien, twieqi, bibien/skrins tax-xower, bibien tal-għamara, bibien ta' barra (patio), kwardarobbi u taraġ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6959 – Onex/JELD-WEN, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).