21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 176/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6887 – Snam/GICSI/TIGF)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 176/09

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Snam SpA (“Snam”, l-Italja), li hija taħt il-kontroll finali ta' Cassa Depositi e Prestiti SpA (“CDP”, l-Italja), u Pacific Mezz (il-Lussemburgu) Sarl (“Pacific Mezz Luxembourg” il-Lussemburgu), li hija taħt il-kontroll finali ta' GIC Special Investments Pte Ltd (“GICSI”, Singapor), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt fuq Transport et Infrastructure Gaz France SA (“TIGF”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Snam: attiva fit-trażmissjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni tal-gass naturali, kif ukoll terminal tal-LNG, fl-Italja,

għal GICSI: attiva fil-ġestjoni ta’ portafoll globali ta’ investimenti fl-ekwità privata, kapital tar-riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll f'investimenti diretti f’kumpaniji privati,

għal TIGF: attiva fit-trażmissjoni u l-ħażna tal-gass naturali fil-Lbiċ ta’ Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6887 – Snam/GICSI/TIGF, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).