23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6912 – Michael S. Dell/Dell)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 143/07

1.

Fil-15 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża MSD Capital, L.P. (“MSD Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Dell (“MD”, l-Istati Uniti tal-Amerika), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Dell Inc. (“Dell”, USA) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MD hija l-fundatriċi, il-president u s-CEO ta' Dell,

MSD Capital hija l-impriża ta' investiment tal-familja ta' MD family investment firm,

Dell hija kumpanija nnegozjata pubblikament attiva fit-tfassil, il-bejgħ, l-appoġġ u t-tiswija tal-ħardwer tal-kompjuters (inklużi kompjuters personali, stazzjonijiet tax-xogħol u servers, prodotti ta' netwerking u prodotti ta' ħażna tad-dejta), soluzzjonijiet ta' immaġni (inklużi stampanti), soluzzjonijiet ta' mobbiltà, u skrins tal-wiri, softwer u servizzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6912 – Michael S. Dell/Dell, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).