16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6913 – DP World/Goodman/DP World Asia)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 109/07

1.

Fid-9 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Goodman Hong Kong Logistics Fund, finalment ikkontrollata minn Goodman Group (“Goodman”, l-Awstralja), u DP World Limited (“DP World”, l-Emirati Għarab Magħquda), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża DP World Asia Limited (“DPWA”, Ħong Kong, iċ-Ċina), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Goodman: grupp integrat kummerċjali u industrijali li huwa s-sid ta' beni immobbli, jiżviluppahom u jġestihom inklużi mħażen, faċilitajiet fuq skala kbira tal-loġistika, parks kummerċjali u uffiċċji,

għal DP World: operatur marittimu internazzjonali li jipprovdi mmaniġġar tal-merkanzija u servizzi tal-loġistika madwar id-dinja,

għal DPWA: servizzi ta’ terminali tal-kontejners u loġistika, inkluż il-kiri ta’ mħażen u uffiċċji, l-immaniġġar tal-merkanzija, stazzjon tal-merkanzija tal-kontejners u servizzi ta’ distribuzzjoni f’Ħong Kong.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6913 – DP World/Goodman/DP World Asia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).