|
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/7 |
Sejħa għall-proposti għal azzjonijiet indiretti li jaqgħu fi ħdan il-Programm multiannwali tal-UE dwar il-protezzjoni tat-tfal meta jużaw l-Internet u teknoloġiji oħrajn tal-komunikazzjoni (Internet Aktar Sikur)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 107/06
|
1. |
Skont id-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (1) (Internet Aktar Sikur), il-Kummissjoni Ewropea b’dan qed tistieden proposti għal azzjonijiet biex jiġu ffinanzjati permezz tal-programm. Il-programm “Internet Aktar Sikur” huwa bbażat fuq erba’ azzjonijiet:
Il-programm huwa s-suċċessur tal-programm Internet Aktar Sikur plus (Safer Internet plus) (bejn l-2005 u l-2008). |
|
2. |
F'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea fasslet Programm ta' Ħidma (2) biex iservi ta' bażi għall-implimentazzjoni tal-programm fl-2013. Il-Programm ta’ Ħidma fih aktar informazzjoni dwar l-għanijiet, il-prijoritajiet, il-baġit indikattiv u t-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija f'dan l-avviż tas-sejħa u r-regoli tal-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni fih. |
|
3. |
Il-Gwida għall-Proponenti fiha informazzjoni dwar kif għandhom jitħejjew u jitressqu l-proposti u dwar il-proċess tal-evalwazzjoni (3). Din id-dokumentazzjoni, flimkien mal-Programm ta’ Ħidma u ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra marbuta ma’ din is-sejħa, jistgħu jinkisbu mingħand il-Kummissjoni Ewropea fuq dan l-indirizz li ġej:
|
|
4. |
Jistgħu jsiru proposti għall-partijiet tas-sejħa identifikati hawn taħt. L-applikanti li jixtiequ jressqu proposti għal aktar minn parti waħda tas-sejħa għandhom iressqu proposti separati għal kull parti. |
|
5. |
Il-baġit totali indikattiv disponibbli għal din is-sejħa taħt il-baġit tal-2013 huwa ta’ EUR 2 275 600 tal-kontribuzzjoni tal-UE (4). L-għotjiet għall-proposti mressqa bi tweġiba għal din is-sejħa se jingħataw permezz ta’ ftehimiet ta’ għotja. L-evalwazzjoni tal-proposti se twassal għal lista ta’ proposti li għandhom jiġu ffinanzjati. Din il-lista tista’ tiġi kkumplimentata minn lista ta’ riżerva ta’ proposti ta’ kwalità suffiċjenti, li għandhom jiġu ffinanzjati jekk il-baġit jippermetti. |
|
6. |
Is-sejħa għall-proposti f’dan il-Programm ta’ Ħidma hija miftuħa għall-entitajiet legali kollha stabbiliti fl-Istati Membri. Hija miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali stabbiliti fl-Istati EFTA li huma partijiet kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE (in-Norveġja, l-Islanda u l-Liechtenstein). Is-sejħa hija miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi oħra skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Programm (5), dejjem jekk ikun iffirmat ftehim bilaterali. Jekk il-proposti mressqa mill-entitajiet legali minn dawn il-pajjiżi jintgħażlu għall-finanzjament, il-ftehim tal-għotja se jiġi ffirmat biss ladarba jkunu ttieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pajjiż ikkonċernat jissieħeb fil-Programm permezz tal-iffirmar ta’ ftehim bilaterali. L-informazzjoni aġġornata dwar liema pajjiżi huma msieħba fil-Programm hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Programm http://ec.europa.eu/saferinternet Entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi li mhumiex fl-UE, minbarra dawk imsemmija hawn fuq, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali, jistgħu jieħdu sehem fil-proġetti kollha bi spejjeż tagħhom stess. |
Parti 1 – Il-partijiet tas-sejħa
Azzjoni 1 u azzjoni 2: NETWERK EWROPEW TAĊ-ĊENTRI TAL-INTERNET AKTAR SIKUR (6)
|
7. |
Identifikatur: 1.1. PJATTAFORMI PILOTA GĦAL ĊENTRI TAL-INTERNET AKTAR SIKUR Il-Programm jistieden proposti għal proġett pilota bl-għanijiet li ġejjin:
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għal dan il-proġett pilota huma stipulati f’iktar dettall fil-Programm ta’ Ħidma. L-utenti aħħarin potenzjali/il-grupp fil-mira tal-pjattaforma pilota għandhom ikunu tal-inqas 10 Ċentri tal-Internet Aktar Sikur. Il-proġett pilota għandu jintemm indikattivament sa Ottubru 2014. Il-proġett pilota se jitwettaq bħala netwerk integrat u l-koordinaturi se jirċievu sa 100 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli (kif inhu spjegat fil-mudell tal-ftehim tal-għotja) ħlief għall-ispejjeż indiretti (overheads). |
Azzjoni 3: PROMOZZJONI TA’ AMBJENT AKTAR SIKUR FUQ L-INTERNET
|
8. |
Identifikatur: 3.1. NETWERK TEMATIKU: NETWERK TA’ NGO GĦALL-PROTEZZJONI TAT-TFAL FUQ L-INTERNET Il-programm jistieden l-istabbiliment ta’ netwerk tematiku għall-protezzjoni tat-tfal fuq l-internet sabiex jiżgura li l-protezzjoni u d-drittijiet tat-tfal se jiġu inklużi fl-aġenda fejn jiġu diskussi kwistjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni fuq l-internet, iċ-ċiberkriminalità u l-internet u s-sikurezza/sigurtà fuq l-internet, mill-atturi nazzjonali u internazzjonali rilevanti. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għal dan in-netwerk tematiku huma stipulati f’iktar dettall fil-Programm ta’ Ħidma. L-ispejjeż tal-koordinatur tan-netwerk għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tan-netwerk huma koperti f’rata sa 100 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli (kif spjegat fil-mudell tal-ftehim tal-għotja), bl-esklużjoni tal-ispejjeż indiretti (overheads). Il-membri tan-netwerk ikopru l-ispejjeż amministrattivi tagħhom ħlief l-ivvjaġġar għal-laqgħat tan-netwerk, li jistgħu jiġu rimborżati taħt il-baġit tan-netwerk. |
Parti 2 – Kriterji ta’ evalwazzjoni
L-evalwazzjoni tal-proposti se tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali. Din l-evalwazzjoni se titwettaq mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti. Kull proposta mressqa se tkun ivvalutata abbażi ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni, li huma maqsuma fi tliet kategoriji: il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji tal-għotja u l-kriterji tal-għażla. Huma biss il-proposti li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà li se jiġu evalwati aktar fil-fond. Hawn taħt qed tingħata d-deskrizzjoni ta’ dawn il-kriterji.
9. Kriterji tal-eliġibbiltà
Mal-wasla tagħhom, il-proposti u l-applikazzjonijiet kollha se jiġu suġġetti għal verifika tal-eliġibbiltà, biex jiġi żgurat li huma konformi mar-rekwiżiti tas-sejħa u mal-proċedura tat-tressiq tagħhom.
Se jitwettqu l-verifiki li ġejjin:
|
— |
Li l-proposta tkun waslet għand il-Kummissjoni fid-data u l-ħin tal-iskadenza stabbiliti fis-sejħa jew qabel. |
|
— |
Li l-proposta tkun kompluta. Il-proposti li ma jkunux kompluti b’mod sostanzjali – jiġifieri li fihom il-formoli ma jkunux jinkludu biżżejjed informazzjoni biex jiġu identifikati is-sħab u l-istatus legali tagħhom u biex jiġi evalwat l-ambitu tal-proġett propost – ser jiġu esklużi. |
Barra minn hekk, il-proponenti jridu jiċċertifikaw li huma ma jinsabux f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-Programm ta’ Ħidma li teskludihom milli jipparteċipaw.
10. Kriterji tal-għotja
Sabiex jiġi evalwat il-mertu relattiv tal-proposti mibgħuta, kull mezz għall-implimentazzjoni tal-programm (in-netwerks integrati, il-proġetti mmirati u tat-titjib tal-għarfien u n-netwerks tematiċi) se jkollu s-sett speċifiku tiegħu tal-kriterji tal-għotja, b’ippeżar speċifiku. Id-deskrizzjoni ta’ dawn il-kriterji tal-għotja hija ppreżentata fil-Programm ta’ Ħidma tal-2013 għal Internet Aktar Sikur (7).
11. Kriterji tal-għażla
Il-kriterji tal-għażla se jiżguraw li l-applikanti jkollhom ir-riżorsi biex jikkofinanzjaw il-proġett u l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa sabiex iwettqu x-xogħol b’suċċess.
Il-kriterji tal-għażla jiġu applikati abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-proposta. Jekk din tidentifika każijiet ta’ nuqqas ta’ kapaċità finanzjarja jew ta’ kompetenza professjonali, jistgħu jkunu meħtieġa azzjonijiet ta’ kumpens bħal garanziji finanzjarji jew azzjonijiet oħra. Il-proposti magħżula li jissejħu għan-negozjati se jkunu s-suġġett ta’ validazzjoni formali legali u finanzjarja bħala rekwiżit għall-ħruġ ta’ ftehim tal-għotja.
Id-deskrizzjoni tal-kriterji tal-għażla hija mogħtija fil-Programm ta’ Ħidma tal-2013 għal Internet Aktar Sikur.
Parti 3 – Dettalji amministrattivi u skadenza
|
12. |
Il-proposti jridu jitħejjew fuq il-formoli mogħtija fil-Gwida għall-proponenti, u jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni f’forma stampata waħda (1) oriġinali u ħames (5) kopji, akkumpanjati minn kopja elettronika fuq CD-Rom, fl-indirizz li ġej:
|
|
13. |
Id-data u l-ħin tal-iskadenza għat-tressiq tal-proposti kollha: it-23 ta’ Mejju 2013 fil-17:00 (ħin lokali tal-Lussemburgu). Il-proposti li jaslu wara l-iskadenza, jew li jintbagħtu permezz tal-feks jew permezz tal-posta elettronika mhux se jitqiesu. |
|
14. |
L-iskeda indikattiva tal-evalwazzjoni u tal-għażla: l-evalwazzjoni se ssir fi żmien xahrejn mid-data tal-iskadenza ta’ din is-sejħa. L-applikanti se jiġu informati dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni tagħhom wara li tkun seħħet l-evalwazzjoni (tentattivament f’Settembru) u l-ftehim tal-għotja se jiġi ffirmat sal-aħħar tal-2013. Iż-żmien ta’ xi proġetti ġodda se jikkunsidra l-ftehimiet tal-għotja eżistenti sabiex jiżgura li ma jkunx hemm trikkib ma’ attivitajiet simili kif ukoll l-kontinwità tal-attivitajiet. F’tali każijiet l-applikanti jistgħu jitolbu li l-azzjoni tibda bejn id-data ta’ sottomissjoni tal-proposta tagħhom u l-firma tal-ftehim tal-għotja. |
|
15. |
Għall-korrispondenza kollha marbuta ma’ din is-sejħa (pereżempju meta tintalab xi informazzjoni jew meta tintbagħat proposta), jekk jogħġobkom żguraw li ssemmu l-identifikatur tal-parti tas-sejħa applikabbli. Meta jressqu proposta, l-applikanti jkunu qed jaċċettaw il-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritti f’din is-sejħa u fid-dokumenti li jirreferu għaliha. Il-proposti kollha li jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea se jiġu ttrattati b'mod strettament kunfidenzjali. L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta’ opportunitajiet ugwali u, f’dan il-kuntest, in-nisa huma mħeġġa b’mod partikulari biex iressqu proposti jew biex jinvolvu ruħhom fit-tressiq tagħhom. |
(1) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1954 ta’ 11.4.2013, https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/safer-internet-programme-call-proposals-2013
(3) https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/safer-internet-programme-call-proposals-2013
(4) Bil-kundizzjoni li l-abbozz tal-baġit għall-2013 jiġi adottat mingħajr modifiki mill-Awtorità Baġitarja.
(5) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.
(6) L-Azzjoni 1 tad-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE hija “l-iżgurar tal-kuxjenza pubblika”; l-Azzjoni 2 hija “il-ġlieda kontra l-kontenut illegali u l-imġiba u l-kuntatt dannużi fuq l-internet”.
(7) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.