28.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/8


Rettifika fis-Sejħa għall-applikazzjonijiet għall-għażla ta' esperti bħala membri tal-Grupp ta' Esperti dwar Prodotti Bijoloġiċi tal-Kummissjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 41 tat-13 ta' Frar 2013 )

2013/C 92/09

F’paġna 6, il-punt 4:

minflok:

“Il-membri se jinħatru mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2013.”,

aqra:

“Il-membri se jinħatru mhux aktar tard mit-12 ta' Ġunju 2013.”

F’paġna 6, il-punt 5:

minflok:

“Ittra ta' motivazzjoni, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni (l-Anness), iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika li qed tapplika, għandhom jintbagħtu fl-indirizz elettroniku: ENTR-EXPERT-BIOBASED@ec.europa.eu fi żmien sitt ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa, kif attestat min-notifika tal- kunsinja.”,

aqra:

“Ittra ta' motivazzjoni, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni (l-Anness), iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika li qed tapplika, għandhom jintbagħtu fl-indirizz elettroniku: ENTR-EXPERT-BIOBASED@ec.europa.eu fi żmien għaxar ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa (jiġifieri d-data ta' skadenza l-ġdida għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija l-24 ta' April 2013), kif attestat min-notifika tal-kunsinna.”.