20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6841 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Tulloch Homes Group Limited)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 81/06

1.

Fit-13 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti), u TPG LundyCo, L.P. (“TPG Lundy”, il-Gżejjer Cayman), li l-kontroll aħħari tagħha huwa f’idejn TPG Group (l-Istati Uniti), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Tulloch Homes Group Limited (“Tulloch Homes”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs: il-forniment ta’ servizzi finanzjarji bħala azjenda globali ta’ servizzi bankarji ta’ investiment, sigurtajiet u ġestjoni ta’ investiment,

TPG Group: kumpanija globali ta’ investiment privat li tmexxi familja ta’ fondi, li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv,

Tulloch Homes: ¿vilupp u kostruzzjoni ta’ djar residenzjali u appartamenti fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6841 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Tulloch Homes Group Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).